Jum il-Multilingwiżmu 2021 Online 
Spotlight
24-09-2021 sa 25-09-2021

Jum il-Multilingwiżmu 2021 Online

Brussell
Il-Lussemburgu

Ittawwal wara l-purtiera u ara kif il-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa.

Jum il-Multilingwiżmu 2021 Online

Brussell
Il-Lussemburgu

Il-multilingwiżmu jiżgura li ċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jsegwu l-ħidma tar-rappreżentanti demokratiċi tagħhom fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-diversità lingwistika u kulturali hija fost il-karatteristiċi li jsawru l-qawwa tal-UE u hija minsuġa fit-Trattati tal-UE bħala valur ċentrali. Jum il-Multilingwiżmu huwa ċ-ċans tiegħek biex tara din id-diversità fl-azzjoni.

Tista' tieħu sehem f'Jum il-Multilingwiżmu 2021 online u fid-Dar l-Istorja Ewropea.

Skeda

Streaming (25/09)
Matul is-sessjonijiet kollha, se tkun disponibbli l-interpretazzjoni għall-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk u l-Ispanjol.
 
Post Skeda Deskrizzjoni

Onlajn

Fejn l-Ewropa tiltaqa' b'24 lingwa

10.00 - 10.17

Tgħallem dwar l-Emiċiklu fil-Parlament Ewropew, fejn id-dibattiti u l-votazzjonijiet isiru f'24 lingwa.

Jum fil-ħajja ta' traduttur u ta' interpretu

10.20 - 11.00

Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun tal-professjonisti li jagħmluha possibbli taħdem b'24 lingwa. Tgħallem dwar x'jagħmlu qabel, matul u wara d-dibattiti. 

Xi jfisser għalija l-multilingwiżmu – messaġġ bil-vidjo

Fil-messaġġi bil-vidjo Xi jfisser għalija l-multilingwiżmu jidher il-Viċi President tal-Parlament Ewropew, Nicola Beer; il-Ministru għall-Multilingwiżmu ta' Brussell, Sven Gatz; id-Direttur Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi, Agnieszka Walter-Drop; id-Direttur Ġenerali għat-Traduzzjoni, Valter Mavrič;  id-Direttur Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Jaume Duch Guillot; erba' rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura: Maša Kolanović, Stavros Christodoulou, Nathalie Skowronek u Giovanni Dozzini.

Parlament multilingwi – xi jfisser b'mod konkret?

11.05 - 11.35

X'inhi r-raġuni li l-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa? Xi rwol għandhom il-lingwi fil-Parlament barra d-dibattiti pubbliċi u għal professjonisti oħra li jaħdmu hawnhekk? 

Kif nista' nsir traduttur jew interpretu?

11.40 - 12.20

Skopri x'taħriġ u kwalifiki teħtieġ biex issir traduttur jew interpretu, u liema triq tista' tkun adatta għalik.

Traineeships fil-Parlament Ewropew

12.25 - 12.55

Skopri x'traineeships huma disponibbli fil-Parlament Ewropew, il-profili li qed infittxu u kif tapplika, u isma' dwar l-esperjenzi tat-trainees preċedenti. 
Online workshops (24/09)
Post Skeda Deskrizzjoni

Onlajn

Workshops online

Idħol aktar fil-fond fit-traduzzjoni u l-interpretazzjoni u staqsi l-mistoqsijiet tiegħek f'workshops interattivi. 

Ara liema workshops online se jkunu disponibbli u irriżerva l-post tiegħek.

Żjarat iggwidati (25/09)
Post Skeda Deskrizzjoni

Dar l-Istorja Ewropea

11.00 – 12.30 Żjara minn Maša Kolanović (bil-Kroat)

13.00 – 14.30 Żjara minn Stavros Christodoulou (bil-Grieg)

14.30 – 16.00 Żjara minn Nathalie Skoachek (bil-Franċiż)

16.00 – 17.30 Żjara minn Giovanni Dozzini (bit-Taljan)

Erba' rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura se jinbidlu fi gwidi carte blanche u jeħduk fuq il-vjaġġi tagħhom stess fl-istorja.

Ikklikkja hawn biex tirreġistra. Tistgħu wkoll tingħaqdu maż-żjara dakinhar stess.

Streaming

Segwi online u B'MOD DIRETT Jum il-Multilingwiżmu 2021 fis-25 ta' Settembru

 

Workshops online

Idħol aktar fil-fond fit-traduzzjoni u l-interpretazzjoni u staqsi l-mistoqsijiet tiegħek f'workshops interattivi. Minn esplorazzjoni tal-kabini tal-interpretazzjoni, għal xi jfisser tkun trainee tat-traduzzjoni fil-Parlament Ewropew, il-workshops online se jħarsu lejn aspetti varji tal-ħidma ta' professjonist lingwistiku fil-Parlament Ewropew.

Peress li l-workshops huma limitati għal gruppi żgħar, ikollok bżonn tirreġistra minn qabel fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Ladarba tirreġistra, tirċievi email ta' konferma bid-dettalji dwar kif tieħu sehem. Il-workshops kollha se jdumu bejn 30 u 60 minuta u se jsiru b'lingwi differenti.

Żjarat bi gwida fid-Dar l-Istorja Ewropea

Erba' rebbieħa tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura se jinbidlu fi gwidi carte blanche u jeħduk fuq il-vjaġġi tagħhom stess fl-istorja. X'impatt għandu l-multilingwiżmu fuq il-mod kif kittieb jipperċepixxi u jirrifletti fuq id-dinja, joħloq u jsir awtur? Kif inhi riflessa d-diversità lingwistika u kulturali tal-Ewropa fir-rumanzi u l-poeżija tagħhom? Ingħaqad ma' Maša Kolanović, Stavros Christodoulou, Nathalie Skowronek u Giovanni Dozzini għal konverżazzjoni dinamika, u żid l-istejjer tiegħek man-narrattiva tal-mużew.

Iż-żjarat carte blanche se jsiru bil-Kroat, bil-Grieg, bil-Franċiż u bit-Taljan rispettivament.

Jekk jogħġbok ħu nota li ż-żjarat bi gwida jiddependu fuq il-miżuri tal-COVID-19. F'każ ta' bidla fir-regoli u ż-żjarat fi gruppi bi gwida ma jkunux possibbli, iż-żjarat se jiġu rrekordjati u jsiru disponibbli online.

Jum il-Multilingwiżmu fi Brussell

Ir-reġjun ta' Brussell qed jiċċelebra wkoll il-multilingwiżmu fil-25 ta' Settembru fil-Parlament tar-Reġjun Kapitali ta' Brussell u f'postijiet oħra madwar il-belt. Għat-tieni edizzjoni tiegħu, it-tema ewlenija se tkun il-multilingwiżmu fl-edukazzjoni, b'dibattiti u workshops organizzati f'kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-multilingwiżmu fi Brussell.

Skopri aktar