Jum il-Multilingwiżmu 2022 

Spotlight
23-09-2022 sa 24-09-2022

Jum il-Multilingwiżmu 2022

Brussell
Emiċiklu
Brussell
Dar l-Istorja Ewropea

Jum il-Multilingwiżmu 2022 huwa l-opportunità tiegħek biex tagħti titwila wara l-kwinti u tara kif il-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa.

L-età tal-udjenza fil-mira
Minn
16
Sa
99
-il sena
Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Jum il-Multilingwiżmu 2022

Brussell
Emiċiklu
Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
16
99
-il sena
24

Jum il-Multilingwiżmu huwa l-opportunità tiegħek li tagħti titwila wara l-kwinti tal-parlament l-aktar multilingwi tad-dinja: esperjenza kif il-Parlament Ewropew jaħdem b'24 lingwa! Iltaqa' mal-interpreti u mat-tradutturi tagħna, kif ukoll ma' persunal multilingwi ieħor, tgħallem dwar xogħolhom u żur l-Emiċiklu nnifsu.

Il-multilingwiżmu jiżgura li ċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jsegwu l-ħidma tar-rappreżentanti demokratiċi tagħhom fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali. Id-diversità lingwistika u kulturali hija fost il-karatteristiċi li jsawru l-qawwa tal-UE u hija minsuġa fit-trattati tal-UE bħala valur ċentrali. Jum il-Multilingwiżmu huwa ċ-ċans tiegħek biex tara din id-diversità fl-azzjoni.

Jum il-Multilingwiżmu 2022 se jsir kemm online kif ukoll bil-preżenza fiżika fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

Importanti – tinsiex l-ID tiegħek!
Għall-attivitajiet fuq il-post nhar is-Sibt, 24 ta' Settembru, ir-reġistrazzjoni tista' ssir online minn qabel (rakkomandata) jew mad-dħul. 

Workshops online (il-Ġimgħa 23/09 u s-Sibt 24/09)

Idħol aktar fil-fond fl-interpretazzjoni u t-traduzzjoni f'dawn il-workshops interattivi. Is-sessjonijiet online jkopru diversi aspetti ta' ħidma bħala professjonist tal-lingwa fil-Parlament Ewropew u huma opportunità kbira biex jitwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek!

Il-workshops huma limitati għal gruppi żgħar, għalhekk ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja u l-postijiet jimtlew fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ladarba tirreġistra, tirċievi email ta' konferma bid-dettalji dwar kif tieħu sehem. Is-sessjonijiet idumu bejn 30 u 60 minuta u jsiru b'lingwi differenti. Xi wħud minnhom jistgħu jiġu rreġistrati.

Avvenimenti fil-Parlament Ewropew fi Brussell (is-Sibt 24/09)

Attivitajiet (10.00 - 18.00)

Esplora l-multilingwiżmu permezz ta' attivitajiet divertenti.

Is-sular t'isfel

  • Kabina fotografika: ikseb it-tifkira tiegħek ta' jum il-multilingwiżmu
  • Il-workshop "Ikteb u ttraduċi b'mod ċar għall-kontenut multimedjali": skopri kif tadatta l-kontenut bil-miktub għal diversi formati tal-midja b'mod ċar u faċli għaċ-ċittadini, imbagħad irreġistrah fil-kabina awdjo professjonali tagħna!
  • Rokna ta' reġistrazzjoni ta' My House of European History poġġi magħna u żid l-istorja Ewropea tiegħek ma' dan il-proġett kollaborattiv ta' storja
  • Rokna għat-tfal: tpinġija fuq il-wiċċ, tatwaġġi temporanji u logħob u kotba lingwistiċi multilingwi
 

Ir-raba' sular

  • Kabini tal-interpretazzjoni: ipprova interpreta
  • Logħob tat-traduzzjoni: ħu gost filwaqt li tittestja l-ħiliet lingwistiċi tiegħek!
  • Workshops dwar it-traduzzjoni u l-lingwaġġ ċar: ipprova ttraduċi mat-tradutturi esperti tagħna u/jew tgħallem il-bażi ta' lingwaġġ ċar f'dawn is-sessjonijiet interattivi. *Reġistrazzjoni fil-bieb meħtieġa – min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Esperjenza l-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew (10.30 – 17.30, kull 30 minuta)

Skopri fejn isiru d-dibattiti u l-votazzjonijiet. Preżentazzjonijiet multilingwi b'sessjoni ta' Mistoqsija u Tweġiba (ir-raba' sular).
 

Taħditiet ma' interpreti u tradutturi (10.30 – 17.00)

Ikseb aktar għarfien dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni permezz ta' dawn it-taħditiet ta' 30 minuta dwar l-aspetti differenti taż-żewġ professjonijiet u l-multilingwiżmu b'mod ġenerali. It-taħditiet kollha se jiġu interpretati bin-Netherlandiż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u t-Taljan.

Is-sular t'isfel

 

Sala 0C.11

10.30 – 11.00 Kif issir traduttur?

11.00 – 11.30 Kif issir interpretu?

11.30 – 12.00 Ġurnata fil-ħajja ta' traduttur: suġġerimenti u ideat

12.00 – 12.30 Suġġerimenti dwar il-professjoni tal-interpretazzjoni

12.30 – 13.00 24 lingwa uffiċjali tal-UE?! Għaliex? Panel ta' diskussjoni ma' Valter MAVRIČ (Direttur Ġenerali għat-Traduzzjoni, DĠ TRAD), Alison GRAVES (Direttur għall-Interpretazzjoni, DĠ LINC) u Laura TARRAGONA SÁEZ (Direttur għar-Riżorsi, DĠ COMM)

 

Sala 0C.87

13.30 – 14.15 Traineeships fit-traduzzjoni tal-Parlament Ewropew u servizzi ta' interpretazzjoni (mingħajr interpretazzjoni)

 

Sala 0C.11

14.30 – 15.00 Kif issir interpretu?

15.00 – 15.30 Kif issir traduttur?

15.30 – 16.00 Suġġerimenti dwar il-professjoni tal-interpretazzjoni

16.00 – 16.30 Ġurnata fil-ħajja ta' traduttur: suġġerimenti u ideat

16.30 – 17.00 Il-kwistjoni hija –  Traduttur jew interpretu?

 

It-taħditiet se jiġu rreġistrati bl-awdjo u jkunu disponibbli wara l-avveniment bħala podcasts.

Dar l-Istorja Ewropea

Żjarat bi gwida speċjali f'Dar l-Istorja Ewropea dwar il-lingwi u d-diversità lingwistika fl-Ewropa (is-Sibt 24/09)

Ingħaqad ma wieħed mit-tours tagħna ta' Dar l-Istorja Ewropea, li se jagħtu ħarsa lejn l-istorja tal-lingwi fl-Ewropa, permezz ta' aneddoti u ta' oġġetti fil-wirja biex juru kif il-lingwi sawru d-diversità rikka tagħha.

Irreġistra billi tibgħat email lil historia-learning@ep.europa.eu jew dakinhar stess fl-uffiċċju tal-mużew.

Skeda: Franċiż (11.00 / 13.00 / 15.00) – Ingliż (12.00 / 14.00 / 16.00)  – Netherlandiż (11.00 / 13.00 / 15.00) – Ġermaniż (12.00 / 14.00 / 16.00)

Map
 

Emiċiklu

Bini Paul-Henri Spaak
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju

Kuntatt

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Post għall-bagalji
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika