Andrei Sakharov: Xjentist, dissident, attivist tad-drittijiet tal-bniedem
Il-Parlamentarium, iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew, qed jospita l-wirja temporanja "Andrei Sakharov: Xjentist, Dissident, Attivist tad-Drittijiet tal-Bniedem" bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jimmarkaw il-100 sena mit-twelid ta' Andrei Sakharov, raġel li ispira l-ħolqien tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb.
Maħluq fi sħubija maċ-Ċentru Sakharov f'Moska, ir-Russja, u ċ-Ċentru ta' Riċerka Sakharov f'Kaunas, il-Litwanja, il-wirja tenfasizza l-avvenimenti ewlenin f'ħajjet Andrei Sakharov, magħruf ukoll bħala "missier il-bomba tal-idroġenu Sovjetika." Permezz ta' diversi oġġetti eżibiti tal-arkivji u tal-multimidja, il-viżitaturi jiskopru dwar l-ewwel snin ta' Sakharov, permezz tar-riċerka xjentifika tiegħu, l-interess dejjem jikber tiegħu fid-drittijiet tal-bniedem, u fl-aħħar nett l-involviment tiegħu fil-proċess ta' demokratizzazzjoni fl-USSR. Il-vjaġġ ikompli bil-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, mogħti mill-Parlament Ewropew kull sena sa mill-1988, li jżomm ħaj il-legat ta' Sakharov fil-ġlieda għall-paċi, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
Il-wirja hija disponibbli bl-Ingliż, bi traduzzjonijiet bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż, permezz ta' kodiċi QR disponibbli fuq is-sit.
Il-viżitaturi jistgħu jsibu l-wirja fi tmiem iż-żjara regolari fil-Parlamentarium, sal-31 ta' Marzu 2022.
Il-Parlamentarium
Esplanade Solidarność 1980
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju
Kif tasal hemm
Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.