Żjarat Iggwidati bil-Mixi tal-Parlament Ewropew 

Żjarat Iggwidati bil-Mixi tal-Parlament Ewropew  

Brussell
European Quarter

Ingħaqad ma' żjara ggwidata bil-mixi biex tiskopri l-istorja u l-arkitettura tal-Parlament Ewropew u l-inħawi ta' madwaru filwaqt li tgawdi minn attività sikura fil-miftuħ fi Brussell.

12
99
-il sena
90'
1-20
EN, FR, NL, DE

Żjarat Iggwidati bil-Mixi tal-Parlament Ewropew

Brussell
European Quarter
12
99
-il sena
90'
1-20
EN, FR, NL, DE

Hemm ħafna aktar x'tiskopri fil-Kwartier Ewropew minn dak li wieħed jista' qatt jimmaġina u l-aħjar mod biex tesplora dan il-viċinat uniku huwa bil-mixi. Iż-żjarat iggwidati bil-mixi tal-Parlament Ewropew jippermettulek tiskopri l-istituzzjonijiet Ewropej, iżda wkoll l-ispazji ekoloġiċi, l-arti, l-istorja u l-arkitettura tal-Kwartier Ewropew. Flimkien ma' gwida turistika ta' esperjenza, lesti ruħek biex tiskopri xi wħud mis-sigrieti l-aktar mistura ta' Brussell u tirċievi tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha tiegħek.

Iż-żjarat iggwidati ta' 90 minuta jsiru kull tmiem il-ġimgħa matul ir-rebbiegħa u s-sajf. Iż-żjarat huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż u għandhom jiġu bbukkjati online minn qabel. Jista' jkun għad fadal xi postijiet tal-aħħar minuta dakinhar stess taż-żjarat, iżda se tingħata prijorità lill-viżitaturi bi prenotazzjoni.

Ħinijiet tal-ftuħ

Il-Ħadd Filgħodu Wara nofsinhar
Olandiż: 10.00, Franċiż: 11.00 Ġermaniż: 14.00, Ingliż: 15.00
Il-Ħadd
 
Filgħodu
Olandiż: 10.00, Franċiż: 11.00
Wara nofsinhar
Ġermaniż: 14.00, Ingliż: 15.00

L-itinerarju

Iltaqa' mal-gwida tiegħek fi Stazzjon Ewropa, il-punt tat-tluq li jinsab fl-istazzjon ferrovjarju l-antik fi Place du Luxembourg u li se jservi wkoll bħala punt ta' akkoljenza għall-viżitaturi kollha fil-Parlament Ewropew.

Żur l-Esplanade Solidarność 1980, spazju ikoniku, dinamiku u multikulturali fejn jiltaqgħu ċ-ċittadini. Kemm-il lingwa differenti se tisma' tiġi mitkellma hekk kif timxi fuq il-passi tal-politiċi, il-ġurnalisti u l-mexxejja dinjija? Isma' l-istejjer tal-persuni li taw isimhom lill-binijiet differenti – min kienu Altiero Spinelli, Clara Campoamor, József Antall, Simone Veil u kif għenu biex tissawwar l-Ewropa li nafu llum? Tgħallem dwar l-istorja tal-proġett Ewropew u kif Brussell saret il-qalba tiegħu. Waqt li tesplora l-Kwartier Ewropew skopri kif l-istituzzjonijiet Ewropej sawru l-pajsaġġ urban tal-belt.

Fl-aħħar nett, temm iż-żjara tiegħek f'park storiku, il-Park Leopold. Dak li darba kien żoo li jospita kull tip ta' annimal, illum jospita istituzzjonijiet kulturali u monumenti storiċi, bħal-Librerija Solvay, Dar l-Istorja Ewropea u partijiet mill-Ħajt ta' Berlin. Minn hawn tista' tkompli l-vjaġġ tiegħek lejn il-Kwartier Leopold, jew jekk trid tista' tieqaf u tgawdi x-xenarju. Fi kwalunkwe ħin, ħossok ħieles li tistaqsi mistoqsijiet lill-gwida tiegħek u tikseb parir dwar x'tista' tagħmel fil-belt vibranti ta' Brussell.

Miżuri relatati mal-Covid-19

Jekk jogħġbok aqra l-miżuri li ġejjin biex iżżurna b'moħħok mistrieħ. (Aġġornat: 04/06/21):

  • Iż-żjara bil-mixi se ssir fil-miftuħ.
  • Iż-żjarat iridu jiġu bbukkjati online minn qabel.
  • In-numru massimu ta' parteċipanti għal żjara bil-mixi huwa ta' 20 (soġġett għal bidla skont il-miżuri introdotti mill-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali Belġjan).
  • Il-parteċipanti kollha li għandhom 'il fuq minn 12-il sena jridu jilbsu maskra tal-wiċċ.
  • Jekk jogħġbok irrispetta distanza ta' 1.5 m minn viżitaturi oħra li mhumiex parti mill-unità domestika tiegħek.

European Quarter

Place du Luxembourg / Luxemburgplein 100
B-1050 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

Esplanade Solidarność 1980

Brussell
Esplanade Solidarność 1980

Dar l-Istorja Ewropea

Brussell
Dar l-Istorja Ewropea
90'
10
24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu
30-90'
10-100
24

Station Europe

Brussell
Station Europe
15'
1
24