IL-LOGĦBA TAR-RWOLI VIRTWALI
L-istudenti jistgħu jieħdu posthom fil-Parlament Ewropew u jesperjenzaw il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet direttament mill-klassi jew mill-komunità tagħhom permezz ta’ din il-logħba online!
Flimkien mal-Membri tal-Parlament Ewropew sħabhom, il-parteċipanti se jiddibattu, jinnegozjaw, isibu kompromessi u jivvutaw fuq proposta ta’ liġi biex itejbu l-ħajja taċ-ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea.
F’madwar 60 minuta, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar id-demokrazija Ewropea b’mod immersiv u interattiv, u fl-istess ħin jikkollaboraw mill-qrib ma’ xulxin u jtejbu wkoll il-ħiliet diplomatiċi u ta’ taħdit pubbliku tagħhom.
Hija disponibbli wkoll gwida għall-faċilitaturi, li fiha materjal edukattiv komplementari u attivitajiet preparatorji biex jagħmlu l-esperjenza aktar rikka.
Kemm il-logħba kif ukoll il-gwida huma MINGĦAJR ĦLAS u disponibbli b’24 lingwa!
IL-LOGĦBA GĦAL MIN HI?
Jistgħu jilagħbuha persuni minn 16-il sena ’l fuq, minn kwalunkwe sfond u bi kwalunkwe esperjenza.
KIF TILGĦABHA?
Il-logħba taħdem l-aħjar għal gruppi ta’ 16 sa 28 parteċipant (massimu ta’ 40) u teħtieġ faċilitatur 1.
Kemm il-parteċipanti kif ukoll il-faċilitatur se jkollhom bżonn l-apparat tagħhom stess imqabbad mal-internet, u skrin wieħed li jkun jista’ juri l-kontenut lill-grupp kollu.
ILGĦAB ISSA!