Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu 

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew

Għandek kurżità tidħol fl-emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu? Iż-żjarat huma bla ħlas u jistgħu jsiru matul is-sena kollha. Sib l-informazzjoni li teħtieġ biex tippjana ż-żjara tiegħek.

Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew
24

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu hu miftuħ għall-viżitaturi sitt ijiem fil-ġimgħa matul is-sena kollha. Iż-żjarat huma dejjem bla ħlas.

Waqt iż-żjara tiegħek, tista' tara l-kamra parlamentari Ewropea, jiġifieri l-Emiċiklu, il-Parlamentarium Simone Veil u diversi wirjiet.

Fi Strażburgu, il-Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu tnax-il darba fis-sena, waqt is-sessjonijiet plenarji, biex jiddibattu u jivvotaw dwar il-liġijiet Ewropej. Bħala viżitatur, tista' tattendi s-sessjoni biex, mill-gallerija tal-viżitaturi, tara u tisma' lir-rappreżentanti tiegħek jitkellmu. Agħti ħarsa lejn il-kalendarju tas-sessjonijiet plenarji.

Sib l-informazzjoni prattika hawn taħt, skont meta beħsiebek tiġi żżurna.

Żur il-Parlament Ewropew fi Strażburgu s-sessjoni plenarja

/files/live/sites/visiting/files/Images/Header/final/the-european-parliament-strasbourg-outside-plenary-thumbnail.png

Skopri s-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu. Ittawwal fuq ġewwa tal-binja ikonika fejn id-demokrazija Ewropea tieħu l-ħajja. Agħmel iż-żjara tiegħek bi gwida multimedjali disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew ibbukkja żjara bi gwida bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż għall-grupp tiegħek.

Żur il-Parlament Ewropew fi Strażburgu matul is-sessjoni plenarja

/files/live/sites/visiting/files/Images/Header/final/the-european-parliament-strasbourg-plenary-thumbnail.png

Aħtaf l-opportunità li tara d-demokrazija Ewropea fl-azzjoni matul sessjoni plenarja. Żjara tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu matul is-sessjonijiet plenarji hija mod eċċezzjonali ta' kif tidħol fl-atmosfera tal-akbar parlament tranżnazzjonali tad-dinja u l-unika istituzzjoni tal-UE li hija eletta direttament.

L-avvenimenti u l-wirjiet

/files/live/sites/visiting/files/Images/Header/final/events-and-exhibitions-strasbourg-thumbnail.png

Minbarra ż-żjara tal-Emiċiklu, li hi żjara li mhux ta' min jitlifha, waqt iż-żjara tiegħek tista' tesplora wirjiet permanenti u temporanji, jew tieħu sehem f'wieħed mill-ħafna avvenimenti li jseħħu fil-Parlament Ewropew matul is-sena kollha. 

L-aċċessibbiltà

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lis-servizz tal-viżitaturi minn qabel:

Sigurtà

Il-Parlament Ewropew jipprijoritizza żjara sikura billi jirrispetta s-sikurezza u l-miżuri tas-saħħa pubblika. Il-viżitaturi huma mistiedna jaqraw u jieħdu nota tal-informazzjoni li ġejja, sabiex jiżguraw żjara pjaċevoli għal kulħadd:

  • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
  • Fid-dħul u matul il-perkors, jinsab disponibbli ġell sanitizzatur tal-idejn. Il-viżitaturi huma mħeġġa jagħmlu użu minnu.
  • It-tagħmir u l-materjal kollu bħall-gwidi multimedjali personali u l-elementi interattivi tal-wirja, il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (mankijiet, bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.
  • Jekk għandek sintomi, huwa rrakkomandat li tibqa' d-dar u tipposponi ż-żjara tiegħek.  Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.

Għal aktar informazzjoni dwar il-miżuri ta' prevenzjoni tas-saħħa fil-Belġju, żur is-sit www.info-coronavirus.be.

Aġġornata l-aħħar: 09/2022

Map
 

Parlament Ewropew

Louise Weiss Building
1 Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

Kuntatt

Kif tasal hemm

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Informazzjoni prattika