L-avvenimenti u l-wirjiet fi Strażburgu  

L-avvenimenti u l-wirjiet fi Strażburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew

Rawwem il-kurżità tiegħek u idħol fil-fond tal-istorja, il-kultura u l-arti permezz ta' avvenimenti u wirjiet waqt iż-żjara tiegħek.

L-etajiet kollha -il sena
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività EN, FR, DE

L-avvenimenti u l-wirjiet fi Strażburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew
L-etajiet kollha -il sena
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività EN, FR, DE

The panoramic terrace of the WEISS building will be open to visitors (depending on weather conditions and number of visitors) on the following days:

  • May: 30 & 31
  • Open daily from 02.06.25 to 21.09.25 (except during plenary sessions and official closing days)

The terrace offers an impressive view of the European quarter, the city of Strasbourg and its surroundings.

The European Parliament in Strasbourg will be open to visitors on the 30 & 31 May.

Il-kultura, l-arti u l-avvenimenti jagħmlu lill-Parlament Ewropew fi Strażburgu post eċitanti fejn dak li jkun jibqa' jitgħallem u fejn isiru skambji. Nieħdu dejjem gost nerġgħu nilqgħuk biex tiskopri xi ħaġa ġdida kull darba li tiġi żżurna. 

Minbarra ż-żjara tal-Emiċiklu, li hi żjara li mhux ta' min jitlifha, tista' wkoll tesplora wirjiet permanenti u temporanji waqt iż-żjara tiegħek. Matul is-sena jseħħu ħafna avvenimenti fil-Parlament Ewropew. Agħmel bookmark ta' din il-paġna, inkiteb man-newsletter jew segwi "Parlement Européen – Strasbourg" fuq il-midja soċjali biex iżżomm ruħek aġġornat dwar dak kollu li jkun għaddej. 

Il-wirjiet

Il-Parlamentarium Simone Veil

Il-Parlamentarium Simone Veil, li hu msemmi għall-ewwel President mara tal-Parlament Ewropew, huma spazju immersiv biex tifhem kif id-demokrazija Ewropea taħdem. Permezz ta' tagħmir interattiv, tista' tara min jirrappreżentak fil-livell Ewropew, u x'qegħdin jagħmlu biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-lum il-ġurnata. Il-materjal huwa disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tgħallem aktar dwar il-Parliamentarium Simone Veil

 

Għażla ta' rigali ta' Protokoll mogħtija lill-Parlament Ewropew

Din il-wirja tiġbor fiha rigali mogħtija lill-Parlament Ewropew fl-aħħar deċennji. Il-Parlament Ewropew ta' spiss jilqa' kapijiet ta' Stat jew mistiedna distinti oħrajn waqt is-sessjonijiet plenarji tiegħu, u l-iskambju tar-rigali hija parti ċerimonjali taż-żjara uffiċjali. L-iskambju tar-rigali jissimbolizza l-ħbiberija bejn il-popli u l-pajjiżi, u kull oġġett jirrappreżenta l-patrimonju kulturali tal-pajjiż li jkun tah. Ejja ara din il-kollezzjoni partikolari li titfa' dawl fuq dan l-aspett uniku tal-ħajja parlamentari.

 

 

Louise Weiss: Ewropea impenjata

Skopri l-istorja ta' mara li, permezz tal-ħidma tagħha bħala attivista, ġurnalista, kittieba u Membru Parlamentari, appoġġjat l-idea Ewropea u ħalliet impatt sinifikanti fuq l-Ewropa. Illum, il-bini prinċipali tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu huwa msemmi għaliha. Il-wirja tinsab disponibbli bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq il-post, jew b'24 lingwa permezz tal-kodiċi QR. 

Tgħallem aktar dwar Louise Weiss

 

Id-Dikjarazzjoni ta' Schuman

Tgħallem dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman, mill-problemi li ħabbtet wiċċha magħhom l-Ewropa fl-1950 sar-raġel li ta ismu lid-dikjarazzjoni storika. Din il-wirja tispjega għaliex niċċelebraw Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju u kif il-Parlament Ewropew ġie stabbilit fi Strażburgu. Hija disponibbli bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq il-post, jew b'24 lingwa permezz tal-kodiċi QR. 

Tgħallem aktar dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman

L-Avvenimenti

Matul is-sena kollha, fil-Parlament Ewropew iseħħu avvenimenti kbar. Dawn jinkludu Jum l-Ewropa f'Mejju, iċ-Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Udjenza f'Ġunju, Jiem il-Patrimonju f'Settembru, u ċ-Ċerimonja tal-Premju Sakharov f'Diċembru. Tista' tieħu sehem f'dawn l-avvenimenti bħala viżitatur u b'hekk tkun tista' tara lat ġdid tal-Parlament Ewropew. Żomm għajnejk fuq din il-paġna biex tkun taf x'avvenimenti jmiss.  

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu b'mod regolari jorganizza avvenimenti online u jiltaqa' ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mir-reġjun ikkonċernat. Irreġistra fuq flimkien.eu biex tkun minn tal-ewwel li ssir taf meta se jiġu organizzati l-avvenimenti li jmiss.

Map

Parlament Ewropew

Bangunan Louise Weiss
1 Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

Kuntatt

Kif tasal hemm

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Diżabilità motorja