Attivitajiet online
Riżorsi online
Ippjana ż-żjara tiegħek minn qabel.
Segwi: x'inhu l-Parlament Ewropew?
Isma' min-nies li jiffurmaw parti mill-Parlament Ewropew dwar kif jaħdem u dwar kif isiru l-liġijiet Ewropej f'dan il-filmat li jakkumpanjak fil-gwida multimedjali matul iż-żjarat fi Strasburgu.
Taħditiet Online mal-PE
Assorbi l-atmosfera tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja. Ingħaqad magħna tkun mnejn tkun biex tiskopri s-setgħat u r-rwol tal-Parlament Ewropew (PE) u ħalli l-membri tal-persunal tal-PE jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Il-wirja permanenti ta' Dar l-Istorja Ewropea
Skopri parti minn dak li tista' tara fil-wirja permanenti ta' Dar l-Istorja Ewropea. Is-sitt taqsimiet jesploraw kif l-istorja sawret sens ta' memorja Ewropea u tibqa' tinfluwenza l-ħajja tagħna ta' kuljum.
A glimpse into the Jean Monnet House Collection
-Kontenut disponibbli bl-Ingliż biss.- Discover some of what you can see in the Jean Monnet House, home to one of the architects of the European Union. Learn about Jean Monnet’s work, vision and legacy, in this house that became a museum for all citizens.
Il-wirja "Żgħożija Bla Kwiet" f'Dar l-Istorja Ewropea
Ara l-Ewropa mill-għajnejn ta' erba' ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ li kibru f'mumenti kruċjali f'dan l-aħħar seklu. Din il-wirja temporanja turi l-konnessjonijiet transnazzjonali, l-attiviżmu soċjali u l-libertà individwali li jikkaratterizzaw l-istorja taż-żgħażagħ fl-Ewropa.
Rokna tat-tagħlim
Hemm ħafna x’tiskopri dwar l-Unjoni Ewropea! Ħu gost b’din is-serje ta’ logħob u kwiżiż. Hemm logħob għal gruppi ta’ etajiet differenti u f’livelli differenti, u kull logħba tista’ tintlagħab fid-dar jew bħala parti mill-lezzjoni tal-iskola.
Sib id-differenza f'ħajtek ta' kuljum
Sib id-differenza li l-Unjoni Ewropea tagħmel f'ħajtek ta' kuljum b'din il-logħba divertenti online. Qabbel xeni mill-ħajja ta' kuljum u skopri 12-il mod kif l-Unjoni Ewropea ttejjeb ħajjitna.
L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ Online
L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2020 sar online. L-EYE Online huwa mod uniku kif iż-żgħażagħ Ewropej jistgħu jiltaqgħu b'mod virtwali, jispiraw ruħhom u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. L-attivitajiet kollha tal-EYE Online ixxandru fuq Facebook u bħalissa huma disponibbli biex tarahom.
Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online
Kun parti minn grupp multikulturali u dinamiku ta' żgħażagħ Ewropej. Ifhem ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, identifika u ddibatti kwistjonijiet importanti għall-Ewropa tal-lum u oħroġ b'soluzzjonijiet konkreti.
Wirja online dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman
Tgħallem dwar id-Dikjarazzjoni ta' Schuman, mill-problemi li ħabbtet wiċċha magħhom l-Ewropa fl-1950 sar-raġel li ta ismu lid-dikjarazzjoni storika. Din il-wirja online hija spjegazzjoni perfetta tar-raġuni għaliex id-9 ta' Mejju huwa Jum l-Ewropa kif ukoll tal-oriġini tal-Parlament Ewropew.
Wirja online Louise Weiss
Il-wirja online "Louise Weiss: Ewropea impenjata" tirrakkonta l-istorja ta' mara li, permezz tal-ħidma tagħha bħala attivista, ġurnalista, kittieba u Parlamentari, appoġġjat l-idea Ewropea u kellha impatt sinifikanti fuq l-Ewropa.