Info Hub 

Info Hub

Brussell
Info Hub

Idħol aktar fil-fond fid-dinja tal-Parlament Ewropew b'avvenimenti topiċi, wirjiet li jistimulaw il-ħsieb u materjal ta' riċerka fl-Info Hub.

Daqs tal-grupp Minn 15 sa 100
Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Info Hub

Brussell
Info Hub
15-100
24

Fil-qalba tal-Kwartier Ewropew, fl-Esplanade Solidarność 1980, tista' tesplora materjal ta' riċerka b'aċċess miftuħ, tattendi policy talks regolari u avvenimenti tas-soċjetà ċivili, u tisfida l-ħsieb tiegħek fil-wirjiet temporanji tal-Info Hub. Bi programm li ta' spiss jinbidel, tista' terġa' tiġi darba war'oħra biex tiskopri xi ħaġa ġdida jew tifhem xi ħaġa aktar fil-fond.

Għandek xi mistoqsija? Staqsi lill-persunal dħuli tagħna u ssibhom dejjem lesti biex jgħinuk issib triqtek madwar l-Info Hub, jew il-kampus tal-Parlament Ewropew.

Interessat/a f'suġġett speċifiku? Attendi policy talks, mal-esperti tal-politika tiegħek tal-Parlament Ewropew, staqsi l-mistoqsijiet tiegħek, u akkwista l-fatti, l-analiżi u l-għarfien. It- policy talks jsiru bl-Ingliż iżda l-mistoqsijiet jistgħu jsiru f'lingwi oħra tal-UE skont l-espert. Ġib il-kafè u ngħaqad magħna nhar ta' Ħamis minn 12:00 sas-12:45. Agħti daqqa t'għajn lejn il-programm tat-policy talks li ġejjin (PDF).

X'se jiġri dalwaqt? Minn taħditiet għal wiri ta' films, konferenzi stampa, laqgħat tas-soċjetà ċivili, u avvenimenti ġodda qed jiżdiedu ta' spiss, għalhekk kun żgur li tiċċekkja l-programm f'qiegħ il-paġna jew fuq il-pjattaforma tal-avvenimenti u ssib dak li jinteressak.

Ħinijiet tal-ftuħ

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa Is-Sibt u l-Ħadd
9:00-18:00 10:00-18:00
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
9:00-18:00
Is-Sibt u l-Ħadd
10:00-18:00

Magħluq fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' Mejju, fl-1 ta' Novembru u fl-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru.

Aċċessibbiltà

Għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa, l-Info Hub joffri aċċess sħiħ għas-siġġijiet tar-roti, u l-persunal tagħna jinsab lest biex jipprovdi assistenza. Jekk għandek bżonn speċifiku, jekk jogħġbok ikkuntattja lil info-hub@europarl.europa.eu u nagħmlu l-almu tagħna biex nakkomodawk. 

X'għandek tagħmel fl-Info Hub

Aġġorna ruħek bl-aħħar aħbarijiet mill-Parlament Ewropew, jew idħol aktar fil-fond fir-riċerka dwar kwistjonijiet urġenti ta' politika u skopri wirjiet topiċi dwar uħud mill-aktar kwistjonijiet importanti ta' żminijietna. 

Skopri kif l-Unjoni Ewropea għandha impatt fuq ħajtek bis-sit web "X'qed tagħmel għalija l-Ewropa?" jew fittex permezz ta' pubblikazzjonijiet mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew

Iltaqa' ma' Ewropej oħra, isma' l-istejjer tagħhom u semma' leħnek dwar l-Ewropa fir-rokna tal-Vuċi taċ-Ċittadini, u ħu ritratt fil-kabina tar-ritratti tagħna biex tirċievi tifkira taż-żjara tiegħek. 

Waqt li tkun qed taħdem bilqiegħda, jew torganizza laqgħat informali żgħar, ikkontempla dwar Man on a Bench ta' Jens Galschiøt, mill-Kollezzjoni tal-Arti Kontemporanja tal-Parlament Ewropew

Map
 

Info Hub

Esplanade Solidarność 1980
B-1050 Brussell
Il-Belġju
+32 2 28 48077

Kuntatt

Kif tasal hemm

L-eqreb waqfiet huma Maelbeek u Schuman fuq il-linji 1 u 5, u Trône fuq il-linji 2 u 6.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika