L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew  

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu

Żjara fl-Emiċiklu hija mod tajjeb ħafna biex tgawdi l-atmosfera eċċitanti tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja u ssir taf dwar is-setgħat u r-rwol tiegħu. 

L-etajiet kollha -il sena
Tul tal-attività Minn sa -
Daqs tal-grupp Minn 20 sa 80
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività 24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu
L-etajiet kollha -il sena
60-90'
20-80
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività 24

The Hemicycle of the European Parliament in Brussels will be closed for renovation from January 2027 until further notice.

The European Parliament will continue to welcome groups for visits and lectures during the renovation. Only access to the Hemicycle in Brussels will be unavailable.

L-Emiċiklu huwa l-qalba vibranti tad-demokrazija Ewropea, fejn il-Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu waqt is-sessjonijiet plenarji biex jagħmlu l-akbar u l-aktar dibattiti importanti. Huwa wkoll il-post fejn isiru votazzjonijiet storiċi li jbiddlu l-mod kif jgħixu n-nies fl-Unjoni Ewropea kollha.

Iż-żjara tista' ssir bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat huma bla ħlas. Il-prenotazzjoni minn qabel hija obbligatorja għall-gruppi. L-Emiċiklu huwa kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'diżabilità.

Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali jistgħu jżuru l-Emiċiklu bi gwida multimedjali, jattendu taħdita personalizzata jew isegwu s-sessjonijiet plenarji. Iż-żjarat huma disponibbli għal individwi, familji u gruppi żgħar ta' mhux aktar minn 9 persuni. Tfal taħt l-età ta' 14-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn persuna adulta. 

Individwi li jixtiequ jżuru l-emiċiklu jeħtiġilhom jirreġistraw minn qabel. Dokument ta’ identità fiżiku validu (karta tal-ID jew passaport) huwa obbligatorju.

Matul iż-żjara tiegħek fl-Emiċiklu jkollok ukoll l-opportunità tiskopri l-wirja tal-arti "Magħquda fid-diversità" li hija parti mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew b'xogħlijiet tal-arti mill-Istati Membri kollha. Agħfas fuq din il-link biex issir taf aktar dwar il-kollezzjoni tal-arti.

 

Gwidi multimedjali¹ 

Żur l-Emiċiklu bir-ritmu tiegħek permezz ta' gwida multimedjali u skopri kif jaħdem il-Parlament Ewropew. Iż-żjarat bi gwida multimedjali huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u jdumu madwar siegħa. Kun af li dawn iż-żjarat ma jistgħux isiru waqt is-sessjonijiet plenarji.

Tista' tniżżel il-gwida multimedjali qabel iż-żjara tiegħek. L-app "EP Visit" issibha fl-Apple Store u fuq Google Play.

 

Żjara gwidata²

Segwi żjara gwidata dwar il-ħidma u r-rwol tal-Parlament Ewropew u saqsi l-mistoqsijiet tiegħek lil wieħed mill-kelliema tagħna. Iż-żjarat fl-Emiċiklu jdumu madwar siegħa u huma disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż (lingwi oħra jiddependu mid-disponibbiltà).

 

Segwi s-sessjoni plenarja

Waqt is-sessjonijiet plenarji, numru limitat ta' postijiet ikunu disponibbli għal viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal massimu ta' 30 minuta. Id-dħul jiddependi mid-disponibbiltà ta' postijiet. Iċċekkja l-ħinijiet taż-żjarat għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell.

Ħinijiet taż-żjarat

Ma jistgħux isiru żjarat fil-weekends, fil-festi pubbliċi jew meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. FI-2026: 01-02/01, 02-06/04, 01/05,  14-15/05 25/05, 21/07, 24/12-01/01/2027.

Gwidi multimedjali¹ It-Tnejn − il-Ħamis il-Ġimgħa
9:00 − 16:30 9:00 − 12:30
Gwidi multimedjali¹
It-Tnejn − il-Ħamis
9:00 − 16:30
il-Ġimgħa
9:00 − 12:30
Żjara gwidata² It-Tnejn
11:00, 15:00
Żjara gwidata²
It-Tnejn
11:00, 15:00
  1. Last entry 30 minutes before closing time.

Gruppi

Jistgħu jiġu organizzati żjarat fl-Emiċiklu għal gruppi ta' bejn 20 u 80 persuna, li jridu jiġu bbukkjati xahrejn xhur qabel. It-talbiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-kmamar u tal-kelliema.

Iż-żjarat fi gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn u jikkonsistu f'taħdita personalizzata mmexxija minn membru tal-persunal dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet, u żjara fil-gallerija tal-Emiċiklu. Iż-żjarat huma disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Skont il-kalendarju tal-Parlament Ewropew, il-gruppi jaf ikunu jistgħu jsegwu wkoll is-sessjoni plenarja mill-gallerija għal siegħa.

Gruppi li jixtiequ jżuru l-emiċiklu jeħtiġilhom jirreġistraw minn qabel. Dokument ta’ identità fiżiku validu (karta tal-ID jew passaport) huwa obbligatorju.

Ma jistgħux isiru żjarat fil-weekends, fil-festi pubbliċi jew meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. 

Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola tat-talba online.  

Għal informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali, jekk jogħġbok aċċessa l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data hawnhekk.

 

Aċċessibbiltà

Għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa, il-faċilità għall-viżitaturi tal-Emiċiklu toffri aċċess sħiħ għas-siġġijiet tar-roti, u l-persunal tagħna jkun għad-dispożizzjoni biex jagħti assistenza.

Waqt iż-żjarat, huwa pjaċir tagħna li naħdmu mal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali. Hija responsabbiltà tal-mexxejja tal-gruppi li jaħsbu għas-servizzi ta' tali interpreti.

Jekk ikollok bżonn assistenza speċjali, avżana bil-quddiem.

Sigurtà

Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet għall-Parlament Ewropew. Għal dik ir-raġuni, hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri ta’ sigurtà fil-binjiet tagħna u madwarhom. Sabiex niżguraw żjara sikura għal kulħadd, nistednuk taqra u tikkonforma ma’ dawn il-miżuri: 

  • Biex wieħed jidħol fil-binjiet tal-Parlament Ewropew, jeħtieġ dokument fiżiku tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport). Jekk irreġistrajt minn qabel u pprovdejt id-dettalji tad-dokument tal-identità tiegħek, trid iġġib dan l-istess dokument lill-Parlament dakinhar taż-żjara tiegħek. 
  • Fotokopji tal-karti tal-identità, karti tal-identità downloaded fuq il-mowbajls, u liċenzji tas-sewqan mhumiex aċċettati.
  • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista’ jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
  • L-ebda trolley, bagalja, jew bagalja kbira oħra mhuma permessi fil-binjiet.
  • L-annimali huma permessi fil-bini biss bħala gwidi mħarrġa għall-persuni neqsin mid-dawl jew biex jassistu lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
  • Jekk ikun inħareġ pass ta’ aċċess, il-viżitaturi jridu jilbsuh b’mod viżibbli waqt li jkunu fil-binjiet tal-Parlament. 
  • Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji u anki fir-ristoranti u l-barijiet. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regoli li Jirregolaw ir-Reġistrazzjonijiet fil-Binjiet tal-Parlament Ewropew.
  • Jekk jibda jdoqq l-allarm tan-nar, oħroġ mill-bini immedjatament mingħajr ma tiġri u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal tas-sigurtà u l-voluntiera tal-evakwazzjoni.
  • Għal kwalunkwe emerġenza tas-sikurezza, ċempel 33112 minn kwalunkwe telefown intern. 
  • Xi oqsma huma soġġetti għal sorveljanza bil-vidjo skont il-Politika ta’ Protezzjoni bil-Vidjos tal-Parlament Ewropew.
  • Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Jekk jixtiequ, il-viżitaturi jistgħu jilbsuha.
  • Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb, jekk jogħġbok ibqa’ d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar. 
     

Aġġornata l-aħħar: 06/2025

Map

Emiċiklu

Paul-Henri Spaak Building
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussels
Belgium

Kuntatt

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Diżabilità motorja