Il-Parlamentarium Simone Veil 

Il-Parlamentarium Simone Veil  

Strasburgu
Parlament Ewropew

B'approċċ dinamiku u interattiv, il-Parlamentarium joffri esperjenza immersiva li turi l-ħidma tal-Parlament Ewropew u kif taffettwa l-ħajja taċ-ċittadini.

1-100
24

Il-Parlamentarium Simone Veil

Strasburgu
Parlament Ewropew

Il-Parlamentarium jiddeskrivi l-proċess għat-tfassil ta' liġijiet għall-Ewropa kollha, u jispjega l-ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew biex jingħelbu l-isfidi tal-lum. Il-viżitaturi jistgħu wkoll isiru jafu aktar dwar il-Membri kollha tal-Parlament Ewropew u jikkuntattjawhom. Iż-żjarat huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea

Ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn − is-Sibt
09.30 − 12.00; 13.00 − 18.00
It-Tnejn − is-Sibt
09.30 − 12.00; 13.00 − 18.00
 
 
 
 

L-aħħar dħul huwa fis-17.00.

 

Il-Parlament Ewropew ikun magħluq il-Ħdud, fil-ġranet ta' għeluq tal-uffiċċju u fil-festi pubbliċi.

Fl-2021: 14/07, 08/10 – 09/10, 01/11 – 02/11, 23/12 – 01/01/22.

Min kienet Simone Veil?

Il-Parlamentarium fi Strasburgu huwa msemmi għal Simone Veil, l-ewwel president wara li bdew l-elezzjonijiet Ewropej u l-ewwel mara li kellha din il-kariga. Bħala superstita tal-Olokawst, il-mandat tagħha bħala President mill-1979 sal-1982 huwa simboliku ferm, u juri l-qawwa tar-rikonċiljazzjoni Ewropea. Il-ġlieda għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem kienet karatteristika ewlenija fil-ħajja ta' Veil, li għamlet kampanji kontra l-inġustizzji li għexet direttament.

Miżuri relatati mal-COVID-19

Jekk jogħġbok aqra l-miżuri li ġejjin sabiex iżżurna b'moħħok mistrieħ (Updated: 03/06/21):

  • Biex iżżurna m'għandekx bżonn tibbukkja.
  • Iż-żjarat isiru biss bi gwida multimedjali b'24 lingwa.
  • Ma jistgħux jidħlu aktar minn 6 persuni f'daqqa.
  • Trid iġġib maskra kirurġika tal-wiċċ.
  • Fid-dħul se jiċċekkjawlek it-temperatura u ma titħalliex tidħol jekk tkunlek ogħla minn 37.7°C.
  • Iż-żjarat kollha jsegwu triq magħżula, madankollu ċerti partijiet taċ-ċirkwit jistgħu ma jkunux aċċessibbli għall-viżitaturi.
  • Trid iżżomm distanza ta' 1.5 m minn viżitaturi oħrajn.
  • Iż-żjarat huma limitati għal 45 minuta.

Sigurtà

Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).

Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.

Jistgħu jittieħdu ritratti u videos fiż-żona tal-viżitaturi, iżda mhux fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji.

Aċċessibbiltà

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avżana minn qabel.

Viżitaturi individwali

Gruppi

 

Parlament Ewropew

Bangunan Louise Weiss
1 Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

Kif tasal hemm

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

Matul is-sessjoni plenarja

Il-Parlament Ewropew fi Strasburgu – Sessjoni Plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew
60' - 150'
10-100
24
Barra s-sessjoni plenarja

Il-Parlament Ewropew fi Strasburgu

Strasburgu
Parlament Ewropew
60'
20-75
24

Esperjenza Ewropa

Postijiet oħra