L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ, magħruf aħjar bħala EYE (European Youth Event), huwa opportunità unika għaż-żgħażagħ Ewropej biex isemmgħu leħinhom u jsibu soluzzjonijiet innovattivi għall-futur tal-Ewropa. L-avveniment joffri l-opportunità li jiġu diskussi l-isfidi tal-ġejjieni ma' persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u ma' personalitajiet ta' ispirazzjoni.