Il-Logħba tar-Rwoli - il-Lussemburgu
Logħba tar-rwoli interattiva
Jekk int student tal-iskola jew tal-università, jew sempliċiment qed iżżurna ma’ grupp ta’ ħbieb jew mal-familja, tista’ tara b’għajnejk stess kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE, billi ssir Membru tal-PE fil-logħba tar-rwoli tagħna. Għal madwar sagħtejn, inti se tagħmel il-parti ta’ Membru tal-Parlament Ewropew u se tiddiskuti, tinnegozja u tivvota dwar id-direttivi tal-UE. Disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
- Minn 15-il sena ’l fuq
- Għal gruppi ta’ bejn 16 u 32 persuna
- Tul: madwar sagħtejn
Sigurtà
Il-viżitaturi huma mistiedna jaqraw u jieħdu nota tal-informazzjoni li ġejja, sabiex jiżguraw żjara sikura għal kulħadd:
- Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).
- Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
- Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Naturalment, mhux problema jekk il-viżitaturi jixtiequ jilbsu waħda.
- It-tagħmir u l-materjal kollu (bħal gwidi multimedjali, earphones riutilizzabbli u elementi interattivi tal-wirja), kif ukoll il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (mankijiet u bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.
- Il-kwalità tal-arja hija ssorveljata b'mod kostanti biex tiġi żgurata ventilazzjoni adegwata.
- Jekk għandek sintomi, jekk jogħġbok ibqa' d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.
Map
Europa Experience
Europa Experience Luxembourg
17 Av. John F. Kennedy l
1855 Kirchberg
Luxembourg
Diżabilità motorja