IL-LOGĦBA TAR-RWOLI VIRTWALI 

IL-LOGĦBA TAR-RWOLI VIRTWALI

Onlajn

Idħol fir-rwol ta’ Membru tal-Parlament Ewropew billi tinnegozja u tivvota fuq leġiżlazzjoni ewlenija fl-UE permezz ta’ din il-logħba fi grupp.

L-età tal-udjenza fil-mira 16 -il sena
Tul tal-attività
Daqs tal-grupp Minn 16 sa 40
Lingwi disponibbli matul l-attività 24

IL-LOGĦBA TAR-RWOLI VIRTWALI

Onlajn
L-età tal-udjenza fil-mira 16 -il sena
60
16-40
24

L-istudenti jistgħu jieħdu posthom fil-Parlament Ewropew u jesperjenzaw il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet direttament mill-klassi jew mill-komunità tagħhom permezz ta’ din il-logħba online
Flimkien mal-Membri tal-Parlament Ewropew sħabhom, il-parteċipanti se jiddibattu, jinnegozjaw, isibu kompromessi u jivvutaw fuq proposta ta’ liġi biex itejbu l-ħajja taċ-ċittadini madwar l-Unjoni Ewropea.

F’madwar 60 minuta, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar id-demokrazija Ewropea b’mod immersiv u interattiv, u fl-istess ħin jikkollaboraw mill-qrib ma’ xulxin u jtejbu wkoll il-ħiliet diplomatiċi u ta’ taħdit pubbliku tagħhom.

Hija disponibbli wkoll gwida għall-faċilitaturi, li fiha materjal edukattiv komplementari u attivitajiet preparatorji biex jagħmlu l-esperjenza aktar rikka.

Kemm il-logħba kif ukoll il-gwida huma MINGĦAJR ĦLAS u disponibbli b’24 lingwa!
 

 

IL-LOGĦBA GĦAL MIN HI?

Jistgħu jilagħbuha persuni minn 16-il sena ’l fuq, minn kwalunkwe sfond u bi kwalunkwe esperjenza.

KIF TILGĦABHA?

Il-logħba taħdem l-aħjar għal gruppi ta’ 16 sa 28 parteċipant (massimu ta’ 40) u teħtieġ faċilitatur 1.

Kemm il-parteċipanti kif ukoll il-faċilitatur se jkollhom bżonn l-apparat tagħhom stess imqabbad mal-internet, u skrin wieħed li jkun jista’ juri l-kontenut lill-grupp kollu. 

ILGĦAB ISSA!


Il-Logħba tar-Rwoli Virtwali hija parti mill-Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew.