Il-Logħba tar-Rwoli - il-Lussemburgu  

Il-Logħba tar-Rwoli - il-Lussemburgu

Il-Lussemburgu
Europa Experience

Jekk int student tal-iskola jew tal-università, jew sempliċiment qed iżżurna ma’ grupp ta’ ħbieb jew mal-familja, tista’ tara b’għajnejk stess kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE, billi ssir Membru tal-PE fil-logħba tar-rwoli tagħna.

L-età tal-udjenza fil-mira 15 -il sena
Daqs tal-grupp Minn 16 sa 32
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Il-Logħba tar-Rwoli - il-Lussemburgu

Il-Lussemburgu
Europa Experience
L-età tal-udjenza fil-mira 15 -il sena
16-32
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Logħba tar-rwoli interattiva

Jekk int student tal-iskola jew tal-università, jew sempliċiment qed iżżurna ma’ grupp ta’ ħbieb jew mal-familja, tista’ tara b’għajnejk stess kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE, billi ssir Membru tal-PE fil-logħba tar-rwoli tagħna. Għal madwar sagħtejn, inti se tagħmel il-parti ta’ Membru tal-Parlament Ewropew u se tiddiskuti, tinnegozja u tivvota dwar id-direttivi tal-UE. Disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

 

  • Minn 15-il sena ’l fuq
  • Għal gruppi ta’ bejn 16 u 32 persuna
  • Tul: madwar sagħtejn

 

Sigurtà

Il-viżitaturi huma mistiedna jaqraw u jieħdu nota tal-informazzjoni li ġejja, sabiex jiżguraw żjara sikura għal kulħadd:

  • Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).
  • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
  • Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Naturalment, mhux problema jekk il-viżitaturi jixtiequ jilbsu waħda.
  • It-tagħmir u l-materjal kollu (bħal gwidi multimedjali, earphones riutilizzabbli u elementi interattivi tal-wirja), kif ukoll il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (mankijiet u bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.
  • Il-kwalità tal-arja hija ssorveljata b'mod kostanti biex tiġi żgurata ventilazzjoni adegwata.
  • Jekk għandek sintomi, jekk jogħġbok ibqa' d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.

Aġġornata l-aħħar: 07/2024

 

Map

Europa Experience

Europa Experience Luxembourg
17 Av. John F. Kennedy l
1855 Kirchberg
Luxembourg

Diżabilità motorja

Informazzjoni prattika