Żjarat fi gruppi
Żur l-ispazju multimedjali tagħna bl-għajnuna tat-tim ta’ medjazzjoni kulturali tagħna, biex issir taf dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar l-UE! Disponibbli kwiżż dwar l-esebizzjoni.
Iż-żjarat fi gruppi huma offruti mit-Tnejn sas-Sibt fl-10.30 ta’ filgħodu u fl-4 ta’ waranofsinhar (il-bidu taż-żjara) bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Lussemburgiż u bil-Ġermaniż, skont id-disponibbiltà.
- Minn 10-il sena ’l fuq
- Bejn 10 u 30 persuna
- Tul: madwar siegħa
Sigurtà
Il-viżitaturi huma mistiedna jaqraw u jieħdu nota tal-informazzjoni li ġejja, sabiex jiżguraw żjara sikura għal kulħadd:
- Biex tidħol fil-bini tal-Parlament Ewropew, ikollok bżonn dokument tal-identità validu (karta tal-identità jew passaport).
- Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
- Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Naturalment, mhux problema jekk il-viżitaturi jixtiequ jilbsu waħda.
- It-tagħmir u l-materjal kollu (bħal gwidi multimedjali, earphones riutilizzabbli u elementi interattivi tal-wirja), kif ukoll il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (mankijiet u bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.
- Il-kwalità tal-arja hija ssorveljata b'mod kostanti biex tiġi żgurata ventilazzjoni adegwata.
- Jekk għandek sintomi, jekk jogħġbok ibqa' d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.
Map
Europa Experience
Europa Experience Luxembourg
17 Av. John F. Kennedy l
1855 Kirchberg
Luxembourg
Diżabilità motorja