Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Matul is-sessjoni plenarja
The plenary session will take place from Monday, January 19 to Thursday, January 22.
The European Parliament in Strasbourg will be closed to individual visitors on Tuesday, January 20 and Wednesday, January 21.
Mod eċċezzjonali kif tara d-demokrazija fl-azzjoni huwa billi żżur il-Parlament Ewropew fi Strażburgu matul is-sessjonijiet plenarji. Tnax-il darba fis-sena, il-Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu fl-Emiċiklu biex jiddibattu u jadottaw liġijiet tal-UE li jaffettwaw il-ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini. Is-sessjonijiet plenarji huma opportunità unika biex tisma’ lir-rappreżentanti tiegħek u lill-mexxejja Ewropej jitkellmu dwar dak li l-UE qiegħda tagħmel biex tindirizza l-aktar kwistjonijiet importanti ta' żminijietna.
Is-sessjonijiet plenarji fi Strażburgu jseħħu mit-Tnejn waranofsinhar sal-Ħamis f'’nofsinhar. Agħti ħarsa lejn il-kalendarju tas-sessjonijiet plenarji.
Iż-żjarat huma dejjem bla ħlas u huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hemm bżonn li kemm il-viżitaturi individwali kif ukoll il-gruppi jibbukkjaw minn qabel.
Minħabba l-limitazzjonijiet ta’ spazju fil-bini, inħeġġuk tapplika għal żjara ggwidata barra miż-żmien tas-sessjoni, minħabba li t-talba tiegħek għal żjara ggwidata matul is-sessjoni tista’ ma tintlaqax.
Iż-żjarat individwali
Matul is-sessjonijiet plenarji, hemm numru limitat ta’ siġġijiet disponibbli għal individwi, familji u gruppi żgħar (sa 9 persuni) biex jattendu u jpoġġu fil-gallerija tal-viżitaturi, isegwu d-dibattiti u jżuru l-Parlamentarium Simone Veil u l-wirjiet l-oħra. Għalhekk iż-żjarat fl-Emiċiklu jdumu massimu ta’ 30 minuta minħabba l-limitazzjonijiet ta’ spazju
Il-viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jżuru l-Emiċiklu għandhom bżonn jirreġistraw minn qabel. Jeħtieġ dokument tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport). Minorenni taħt l-14-il sena jeħtiġilhom ikunu akkumpanjati minn adult. Jekk jogħġobkom iċċekkjaw il-ħinijiet tal-ftuħ waqt il-plenarji fi Strażburgu.
Il-ħinijiet tal-ftuħ
| It-Tnejn | It-Tlieta u l-Erbgħa | Il-Ħamis |
|---|---|---|
| 09:00 − 12:00*; 15:00 − 18:00 | 09:00 − 18:00 L-aħħar dħul: 17:30 |
09:00 − 12:00 |
L-aħħar dħul: 17:30
| Il-Ġimgħa* | Is-Sibt* | |
|---|---|---|
| 09:00 − 18:00 L-aħħar dħul: 17:00 |
09:30 - 12:00 ; 13:00 – 18:00 L-aħħar dħul: 17:00 |
L-aħħar dħul: 17:00
L-aħħar dħul: 17:00
*Nhar ta’ Tnejn filgħodu (09:30 − 12:00) u nhar ta’ Ġimgħa (09:00 − 18:00), matul il-ġimgħat tal-plenarja, iż-żjarat individwali jkunu possibbli bi gwida multimedjali mingħajr ma tibbukkja minn qabel. Madankollu, waqt dawn il-ħinijiet ma jseħħux dibattiti fl-Emiċiklu.
Il-bini jkun magħluq il-Ħdud u fil-jiem li ġejjin – 2026: - 02.01, 03.04, 06.04, 01.05, 14.05, 16.05, 25.05, 14.07, 15.08, 02.11, 24.12-03.01
Iż-żjarat fi grupp
Il-gruppi (minn 20 sa 100 persuna) jistgħu jorganizzaw żjara fil-Parlament Ewropew matul is-sessjoni plenarja bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat fi grupp għandhom jiġu bbukkjati minn xahrejn sa 2-3 xhur qabel u l-possibbiltà li dawn iseħħu tkun tiddependi mid-disponibbiltà.
Il-gruppi jistgħu jattendu għal preżentazzjoni minn membru tal-persunal, segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet, u jsegwu d-dibattitu fil-plenarja mill-gallerija tal-viżitaturi tal-Emiċiklu għal 30 minuta.
Il-gruppi jistgħu jżuru l-Parlamentarium Simone Veil u l-wirjiet qabel jew wara ż-żjara tal-Emiċiklu.
Għal informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali, jekk jogħġbok aċċessa l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data hawnhekk.
L-aċċessibbiltà
Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lis-servizz tal-viżitaturi minn qabel:
Il-faċilitajiet
Il-vestjarju, li jinsab fl-entratura tal-viżitaturi eżatt wara l-kontroll tas-sigurtà, ikun disponibbli biss matul is-sessjonijiet fil-plenarja.
Hemm kafetterija miftuħa fiż-żona tal-viżitaturi. Il-gruppi jistgħu jibbukkjaw billi jikkuntattjaw lil restauration-reservation-strasbourg@ext.europarl.europa.eu minn qabel.
Sigurtà
Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet għall-Parlament Ewropew. Għal dik ir-raġuni, hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri ta’ sigurtà fil-binjiet tagħna u madwarhom. Sabiex niżguraw żjara sikura għal kulħadd, nistednuk taqra u tikkonforma ma’ dawn il-miżuri:
- Biex wieħed jidħol fil-binjiet tal-Parlament Ewropew, jeħtieġ dokument fiżiku tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport). Jekk irreġistrajt minn qabel u pprovdejt id-dettalji tad-dokument tal-identità tiegħek, trid iġġib dan l-istess dokument lill-Parlament dakinhar taż-żjara tiegħek.
- Fotokopji tal-karti tal-identità, karti tal-identità downloaded fuq il-mowbajls, u liċenzji tas-sewqan mhumiex aċċettati.
- Minorenni taħt l-14-il sena jeħtiġilhom ikunu akkumpanjati minn adult.
- Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista’ jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
- L-ebda trolley, bagalja, jew bagalja kbira oħra mhuma permessi fil-binjiet.
- L-annimali huma permessi fil-bini biss bħala gwidi mħarrġa għall-persuni neqsin mid-dawl jew biex jassistu lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
- Jekk ikun inħareġ pass ta’ aċċess, il-viżitaturi jridu jilbsuh b’mod viżibbli waqt li jkunu fil-binjiet tal-Parlament.
- Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji u anki fir-ristoranti u l-barijiet. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regoli li Jirregolaw ir-Reġistrazzjonijiet fil-Binjiet tal-Parlament Ewropew.
- Jekk jibda jdoqq l-allarm tan-nar, oħroġ mill-bini immedjatament mingħajr ma tiġri u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal tas-sigurtà u l-voluntiera tal-evakwazzjoni.
- Għal kwalunkwe emerġenza tas-sikurezza, ċempel 33112 minn kwalunkwe telefown intern.
- Xi oqsma huma soġġetti għal sorveljanza bil-vidjo skont il-Politika ta’ Protezzjoni bil-Vidjos tal-Parlament Ewropew.
- Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Jekk jixtiequ, il-viżitaturi jistgħu jilbsuha.
- Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb, jekk jogħġbok ibqa’ d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.
Aġġornata l-aħħar: 06/2025