Il-Parlamentarium Simone Veil
The plenary session will take place from Monday, January 19 to Thursday, January 22.
The European Parliament in Strasbourg will be closed to individual visitors on Tuesday, January 20 and Wednesday, January 21.
Il-Parlamentarium jiddeskrivi l-proċess għat-tfassil ta' liġijiet għall-Ewropa kollha, u jispjega l-ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew biex jingħelbu l-isfidi tal-lum. Il-viżitaturi jistgħu wkoll isiru jafu aktar dwar il-Membri kollha tal-Parlament Ewropew u jikkuntattjawhom. Iż-żjarat huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea
Ħinijiet tal-ftuħ
| Barra s-sessjonijiet plenarji | Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | Is-Sibt |
|---|---|---|
| 09:00−18:00 | 09:30 − 12:00 ; 13:00 − 18:00 |
L-aħħar dħul: 17:00.
| Matul is-sessjonijiet plenarji | It-Tnejn | It-Tlieta, l-Erbgħa |
|---|---|---|
| 09:30 - 12:00*; 17:00 - 18:00 | 09:00 - 12:00; 15:00 - 18:00 |
| Il-Ħamis | Il-Ġimgħa* | |
|---|---|---|
| 09:00 - 12.00 | 09:00 - 18:00 |
| Is-Sibt* | ||
|---|---|---|
| 09:30 - 12:00 ; 13:00 – 18:00 |
*Nhar ta’ Tnejn filgħodu (09:30 − 12:00) u l-Ġimgħa (09:00 − 18:00), matul il-ġimgħat tal-plenarja, iż-żjarat individwali huma possibbli bi gwida multimedjali mingħajr prenotazzjoni minn qabel. Madankollu, waqt dawn il-ħinijiet ma jseħħux dibattiti fl-Emiċiklu.
Il-bini jkun magħluq il-Ħdud u fil-jiem li ġejjin – 2026:
02.01, 03.04, 06.04, 01.05, 14.05, 16.05, 25.05, 14.07, 15.08, 02.11, 24.12-03.01/2027
Min kienet Simone Veil?
Il-Parlamentarium fi Strasburgu huwa msemmi għal Simone Veil, l-ewwel president wara li bdew l-elezzjonijiet Ewropej u l-ewwel mara li kellha din il-kariga. Bħala superstita tal-Olokawst, il-mandat tagħha bħala President mill-1979 sal-1982 huwa simboliku ferm, u juri l-qawwa tar-rikonċiljazzjoni Ewropea. Il-ġlieda għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem kienet karatteristika ewlenija fil-ħajja ta' Veil, li għamlet kampanji kontra l-inġustizzji li għexet direttament.
Aċċessibbiltà
Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avżana minn qabel.
Sigurtà
Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet għall-Parlament Ewropew. Għal dik ir-raġuni, hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri ta’ sigurtà fil-binjiet tagħna u madwarhom. Sabiex niżguraw żjara sikura għal kulħadd, nistednuk taqra u tikkonforma ma’ dawn il-miżuri:
- Biex wieħed jidħol fil-binjiet tal-Parlament Ewropew, jeħtieġ dokument fiżiku tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport). Jekk irreġistrajt minn qabel u pprovdejt id-dettalji tad-dokument tal-identità tiegħek, trid iġġib dan l-istess dokument lill-Parlament dakinhar taż-żjara tiegħek.
- Fotokopji tal-karti tal-identità, karti tal-identità downloaded fuq il-mowbajls, u liċenzji tas-sewqan mhumiex aċċettati.
- Minorenni taħt l-14-il sena jeħtiġilhom ikunu akkumpanjati minn adult.
- Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista’ jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
- L-ebda trolley, bagalja, jew bagalja kbira oħra mhuma permessi fil-binjiet.
- L-annimali huma permessi fil-bini biss bħala gwidi mħarrġa għall-persuni neqsin mid-dawl jew biex jassistu lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
- Jekk ikun inħareġ pass ta’ aċċess, il-viżitaturi jridu jilbsuh b’mod viżibbli waqt li jkunu fil-binjiet tal-Parlament.
- Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji u anki fir-ristoranti u l-barijiet. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regoli li Jirregolaw ir-Reġistrazzjonijiet fil-Binjiet tal-Parlament Ewropew.
- Jekk jibda jdoqq l-allarm tan-nar, oħroġ mill-bini immedjatament mingħajr ma tiġri u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal tas-sigurtà u l-voluntiera tal-evakwazzjoni.
- Għal kwalunkwe emerġenza tas-sikurezza, ċempel 33112 minn kwalunkwe telefown intern.
- Xi oqsma huma soġġetti għal sorveljanza bil-vidjo skont il-Politika ta’ Protezzjoni bil-Vidjos tal-Parlament Ewropew.
- Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Jekk jixtiequ, il-viżitaturi jistgħu jilbsuha.
- Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb, jekk jogħġbok ibqa’ d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.
Aġġornata l-aħħar: 06/2025