Il-Logħba tar-Rwoli 

Il-Logħba tar-Rwoli

Postijiet oħra

Agħmilha ta' Membru tal-Parlament Ewropew, bis-saħħa ta' Logħba tar-Rwoli interattiva li tinsab f'diversi bliet Ewropej. Ibbukkja din l-esperjenza affaxxinanti għall-grupp tiegħek.

L-età tal-udjenza fil-mira 14 -il sena
Tul tal-attività Minn sa -
Daqs tal-grupp Minn 16 sa 32
Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Il-Logħba tar-Rwoli

Postijiet oħra
L-età tal-udjenza fil-mira 14 -il sena
120'-180'
16-32
24

Il-Logħba tar-Rwoli popolari li tħallik tiskopri xi jfisser li tkun Membru tal-Parlament Ewropew tinsab f'diversi bliet Ewropej!

Ejjew ilagħbu, inti u l-grupp tiegħek! Il-parteċipanti jinqasmu fi gruppi politiċi immaġinarji u jidħlu fir-rwol ta' Membri tal-Parlament Ewropew. Imbagħad ikollhom jifformaw alleanzi, jinnegozjaw ma' oħrajn u jisimgħu opinjonijiet differenti biex jilħqu ftehim, eżatt bħal dawk li jagħmlu l-liġijiet Ewropej. Permezz ta' dibattiti dwar kwistjonijiet u temi kurrenti, jitgħallmu kif id-deċiżjonijiet jittieħdu fil-livell tal-Unjoni Ewropew, kif dawn jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u kif id-demokrazija Ewropea taħdem.

Din il-logħba mexxejja ddum bejn sagħtejn u tliet sigħat, hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u hija ideali għal gruppi ta' bejn 16 u 32 persuna minn 14-il sena 'l fuq. Trid tibbukkja minn qabel u l-logħba hija b'xejn.

Żomm għajnejk fuq hawnhekk biex issir taf fejn iktar il-Logħba tar-Rwoli se tkun disponibbli!