European Quarter Explorer 

European Quarter Explorer

Brussell
European Quarter

Żur il-Kwartier Ewropew permezz ta' tour b'xejn, u bir-ritmu tiegħek.

L-età tal-udjenza fil-mira 16 -il sena
Tul tal-attività Minn sa -
aaa Lingwi disponibbli matul l-attività 24

European Quarter Explorer

Brussell
European Quarter
L-età tal-udjenza fil-mira 16 -il sena
60-90'
24

Qed tfittex li tiskopri aktar dwar il-belt li tgħix fiha? Jew tixtieq li tieħu kemm tista' mill-vjaġġ tiegħek fil-belt ta' Brussell b'esperjenza mhux tas-soltu?

Il-European Quarter Explorer hija applikazzjoni tal-web li twasslek biex tiskopri wieħed mill-aktar viċinati eklettiċi u internazzjonali ta' Brussell, il-Kwartier Ewropew. Gwidi virtwali se jgħidulek stejjer dwar l-inħawi, u x-xogħlijiet tal-arti notevoli, l-arkitettura moderna u l-fdalijiet tal-passat li jagħmluha unika. 

F'kull waqfa, inti tista' tagħżel x'tixtieq titgħallem: l-istorja ta' stazzjon tal-ferrovija qadim li kien tlesta biss parzjalment; industrijalist Brittaniku li ġab fortuna għall-Belġju permezz tal-ferroviji; il-funzjonament tal-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea; kif il-liġijiet Ewropej jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta' kuljum; il-ħafna ħajjiet tal-Park Leopold; bini magħmul minn injam u ħġieġ mill-Ewropa kollha; ġnien sigriet; u ħafna aktar. 

Agħżel iż-żjara preferuta tiegħek: It-tnejn huma disponibbli b'24 lingwa. M'għandek għalfejn tniżżel xejn, iżda kun ċert li għandek konnessjoni tal-internet u li l-mobwajl huwa biżżejjed iċċarġjat. L-użu tal-headphones huwa rrakkomandat.

Ikklikkja hawn taħt biex tieħu idea tal-applikazzjoni fuq il-mowbajl.

Żjara gwidata ma' Sofija

Jekk tixtieq tiskopri l-Kwartier Ewropew bi żjara ggwidata, f'inqas minn sagħtejn, din hija t-tour perfetta għalik.

Iltaqa' mal-gwida virtwali tiegħek, Sofija, fi Place de Luxembourg. Hawnhekk, se tibda żjara fiż-żona magħrufa wkoll bħala l-Kwartier Leopold, imsemmija għall-ewwel re tal-Belġjani, u fejn illum jinsab il-bini tal-Parlament Ewropew

Imbagħad ikollok il-possibbiltà li timxi lejn ir-roundabout ta' Schuman, fejn jinsabu l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill, jew li tiskopri punti oħra ta' interess fl-inħawi. It-tour ikun twil jew qasir skont is-suġġetti li tagħżel, sakemm tasal lura fil-punt tat-tluq u ssellem lill-gwida tiegħek.

It-tour idum bejn 60 u 90 minuta.

Il-Misteru ta' Arsène

Jekk tixtieq tiskopri l-Kwartier Ewropew u tħobb il-logħob u l-kwiżżijiet, dan huwa t-tour għalik. Lesti ruħek biex tikxef misteru...

Nina hija gwida eċċellenti tal-Kwartier Ewropew; iltaqa' magħha b'mod virtwali fi Place de Luxembourg, fejn se tgħidlek aktar dwar il-bużnannu tagħha Arsène u l-ħaġa moħġaġa li ħallielha. Se jkollha bżonn l-għajnuna tiegħek biex issolvi t-taħbila l-moħħ. Biex tpattilek, se ddawrek dawra u tirrakkuntalek l-istejjer dwar il-Kwartier Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej, u se tittestja l-għarfien tiegħek bi ftit kwiżżijiet.

Wara introduzzjoni, se timxi madwar l-Esplanade Solidarność 1980 lejn il-Parlament Ewropew, fejn tista' tagħżel jekk tesplorax l-inħawi madwar ir-roundabout ta' Schuman jew tkomplix lejn tmiem iż-żjara fil-Park Leopold – u ssolvi l-ħaġa moħġaġa misterjuża. 

Dan it-tour ddum bejn sagħtejn u tliet sigħat.

Map

European Quarter

Esplanade Solidarność 1980
B-1050 Brussell
Il-Belġju

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Informazzjoni prattika