Żjarat fil-Parlamentarium waqt il-coronavirus 

Żjarat fil-Parlamentarium waqt il-coronavirus

Brussell
Il-Parlamentarium

Ġew stabbiliti miżuri ta' iġjene u sikurezza biex ikunu jistgħu jsiru żjarat fil-Parlamentarium waqt il-pandemija tal-coronavirus. Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni bir-reqqa biex tħejji għaż-żjara tiegħek.

60'
100
24

Żjarat fil-Parlamentarium waqt il-coronavirus

Brussell
Il-Parlamentarium

Miżuri ta' iġjene waqt iż-żjara

Sabiex tiġi żgurata żjara sikura u pjaċevoli għal kulħadd, il-viżitaturi huma ġentilment mitluba josservaw il-miżuri li ġejjin:

  • Ġell tad-diżinfettar huwa disponibbli fl-entratura u matul il-wirja. Il-viżitaturi huma mħeġġa jużawh matul iż-żjara tagħhom.
  • It-tagħmir u l-materjal kollu (bħall-gwidi multimedjali personali u l-elementi interattivi tal-wirja), il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (bħall-mankijiet u l-bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.

X'tista' tagħmel biex tipproteġi lilek innifsek u lil viżitaturi oħra?

  • Jekk il-viżitaturi jħossuhom ma jifilħux jew inkella kellhom kuntatt riċenti ma' persuna marida, iż-żjara għandha tiġi posposta.
  • Il-viżitaturi għandhom jaħslu idejhom sikwit bis-sapun u bl-ilma.
  • Jekk jisogħlu jew jagħtsu, il-viżitaturi għandhom jagħmlu dan f'maktur tal-karti ġdid kull darba, u jarmu l-maktur tal-karti użat f'landa taż-żibel magħluqa. F'każ li ma jkollhomx maktur tal-karti, għandhom jisogħlu jew jagħtsu fin-naħa ta' ġewwa ta' minkbejhom.

 

Għal aktar informazzjoni dwar il-COVID-19 u l-miżuri ta' prevenzjoni fil-Belġju, żur is-sit www.info-coronavirus.be.