Logħba tar-Rwoli – Brussell
Fil-logħba tar-rwoli, il-plejers jieħdu r-rwol ta’ Membri tal-Parlament Ewropew. Huma jinqasmu fi gruppi politiċi immaġinarji u għandhom l-isfida li joħolqu alleanzi, jinnegozjaw u jisimgħu opinjonijiet differenti biex jintlaħaq qbil. Il-plejers jiddibattu l-liġijiet fittizji, jitgħallmu kif jiġu adottati u kif dawn l-istess liġijiet jaffettwaw il-ħajja tan-nies fl-UE.
Il-logħba hija rakkomandata għal plejers ta’ 14-il sena jew aktar, b’mod partikolari studenti tal-iskola sekondarja u gruppi simili. Barra minn hekk, il-logħba tinkludi adattamenti għal persuni akbar fl-età u għal persuni b’vista batuta jew neqsin mis-smigħ.
Il-logħba tar-rwoli, disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, hija adattata għal gruppi ta’ bejn 16 u 32 plejer. Tieħu madwar sagħtejn, b’massimu ta’ tliet slots disponibbli kuljum matul il-ġimgħa.
Il-logħba tar-rwoli hija bla ħlas iżda trid tibbukkja sew minn qabel minħabba domanda qawwija.
Il-Parlamentarium ikun magħluq: fl-1 ta’ Jannar, fl-1 ta’ Mejju, fl-1 ta’ Novembru, u fl-24, il-25 u l-31 ta’ Diċembru.
Skopri aktar dwar il-Logħba tar-Rwoli
Sigurtà
Il-Parlament Ewropew jipprijoritizza żjara sikura billi jirrispetta s-sikurezza u l-miżuri tas-saħħa pubblika. Il-viżitaturi huma mistiedna jaqraw u jieħdu nota tal-informazzjoni li ġejja, sabiex jiżguraw żjara pjaċevoli għal kulħadd:
- Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista' jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. Ma jistgħux jiddaħħlu armi tan-nar, sustanzi splussivi jew fjammabbli, pepper spray, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
- Fid-dħul u matul il-perkors, jinsab disponibbli ġell sanitizzatur tal-idejn. Il-viżitaturi huma mħeġġa jagħmlu użu minnu.
- It-tagħmir u l-materjal kollu bħall-gwidi multimedjali personali u l-elementi interattivi tal-wirja, il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (mankijiet, bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.
- Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Naturalment, mhux problema jekk il-viżitaturi jixtiequ jilbsu waħda.
- Jekk għandek sintomi, huwa rrakkomandat li tibqa' d-dar u tipposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar.
Il-Parlamentarium
Esplanade Solidarność 1980
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Il-Belġju
Kif tasal hemm
Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.