Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Barra s-sessjoni plenarja 

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Barra s-sessjoni plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew

Esperjenza l-Emiċiklu, il-Parlamentarium Simone Veil u l-wirjiet fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu.

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Barra s-sessjoni plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew

Merħba fis-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew! Iż-żjarat kollha jinkludu l-Emiċiklu, il-Parlamentarium Simone Veil, kif ukoll wirjiet permanenti u temporanji.

Iż-żjarat huma bla ħlas, idumu madwar 60 minuta u huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Ma hemmx bżonn tibbukkja minn qabel, iżda nirrakkomandaw li tagħmlu dan għall-gruppi.

Iż-żjarat mingħajr gwida għall-viżitaturi

Il-viżitaturi individwali u l-gruppi jistgħu jiġu fil-ħinijiet tal-ftuħ indikati hawn taħt. Iż-żjarat isiru bi gwidi multimedjali, li huma disponibbli b'24 lingwa. Meta jkun hemm ħafna nies, jaf ma jkunx hemm gwidi multimedjali disponibbli. Jekk jiġri hekk, il-membri tal-persunal ikunu għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi biex iwieġbu mistoqsijiet u jitkellmu dwar il-Parlament Ewropew bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Tista' wkoll tniżżel l-applikazzjoni tal-gwida multimedjali qabel iż-żjara tiegħek. L-applikazzjoni "EP Visit Strasbourg" hi disponibbli fuq l-App Store u l-Play Store.

Il-ħinijiet tal-ftuħ

Matul is-sessjonijiet plenarji, il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu differenti. Il-binja tkun magħluqa nhar ta' Ħadd u fil-ġranet li ġejjin – 2023: 01-02/01, 06-10/04, 01/05, 12/05, 18-19/05, 29/05, 08-10/06, 14/07, 14-15/08, 01-02/11, 25/12-02/01/2024.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Is-Sibt
09:00 – 18:00 09:30 − 12:00; 13:00 − 18:00
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
09:00 – 18:00
Is-Sibt
09:30 − 12:00; 13:00 − 18:00

L-aħħar dħul 17:00.

Iż-żjarat bi gwida għall-gruppi

Il-gruppi (20 persuna jew aktar) jistgħu jibbukkjaw żjara bi gwida. Iż-żjarat bi gwida huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. Parti miż-żjara tista' ssir bi gwidi multimedjali, li huma disponibbli b'24 lingwa. 

Trid tibbukkja ż-żjara tal-inqas jumejn minn qabel, iżda tista' tibbukkjaha minn 6 xhur qabel. 

Ibbukkja żjara bi gwida


Il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck

Il-gruppi li jżuru l-Parlament Ewropew fi Strażburgu jistgħu jżuru wkoll il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck bla ħlas matul l-istess ġimgħa taż-żjara tagħhom. Biex jibbenefikaw minn dħul bla ħlas, il-gruppi jridu jippreżentaw il-konferma tal-booking. Jekk iż-żjara ma tkunx ġiet ibbukkjata minn qabel, il-gruppi jistgħu jitolbu għal ċertifikat waqt iż-żjara tagħhom fil-Parlament Ewropew. 

L-avvenimenti u l-wirjiet

Minbarra ż-żjara tal-Emiċiklu, li hi żjara li mhux ta' min jitlifha, waqt iż-żjara tiegħek tista' tesplora wirjiet permanenti u temporanji, jew tieħu sehem f'wieħed mill-ħafna avvenimenti li jseħħu fil-Parlament Ewropew matul is-sena kollha. 

L-aċċessibbiltà

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lis-servizz tal-viżitaturi minn qabel:

Il-faċilitajiet

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa jkun hemm kafetterija miftuħa fiż-żona tal-viżitaturi.

Żurna b'mod sigur

Il-viżitaturi kollha jridu jgħaddu minn kontroll tas-sigurtà u jridu juru l-karta tal-identità tagħhom. 

Map
 

Parlament Ewropew

Bangunan Louise Weiss
1 Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

Kuntatt

Kif tasal hemm

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika