Is-sit tal-Lussemburgu
Il-Lussemburgu, fejn kien hemm l-ewwel Emiċiklu li nbena għall-Parlament Ewropew, illum jospita l-biċċa l-kbira tal-makkinarju amministrattiv essenzjali li jżomm l-istituzzjoni għaddejja. Iż-żjarat fil-post jitmexxew mill-persunal tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fil-Lussemburgu u jdumu madwar siegħa. Issir żjara fl-Emiċiklu oriġinali u tingħata preżentazzjoni dwar il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej.
Iż-żjarat kollha huma bla ħlas u jiġu organizzati għal gruppi ta' bejn 20 u 50 persuna. Il-mexxejja tal-gruppi huma mitluba jibbukkjaw tal-anqas xahrejn minn qabel. Il-parteċipanti kollha jrid ikollhom tal-anqas 14-il sena.
Ma jsirux żjarat fil-vaganzi pubbliċi u fil-ġimgħat tas-sessjoni.
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Post għall-bagalji
Diżabilità motorja