Żjarat fi Strasburgu waqt il-coronavirus 

Żjarat fi Strasburgu waqt il-coronavirus

Strasburgu
Parlament Ewropew
 

Ġew stabbiliti miżuri ta' iġjene u sikurezza biex ikunu jistgħu jsiru żjarat fi Strasburgu waqt il-pandemija tal-coronavirus. Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni bir-reqqa biex tħejji għaż-żjara tiegħek.

60'
1-6
24

Żjarat fi Strasburgu waqt il-coronavirus

Strasburgu
Parlament Ewropew
 
 

Tista' terġa' żżur il-Parlament Ewropew fi Strasburgu u tara d-demokrazija Ewropea. Iż-żjarat iwassluk fil-binja sabiħa Louise Weiss għall-gallerija pubblika tal-kamra għad-dibattiti u l-votazzjonijiet tal-Emiċiklu, kif ukoll għall-Parlamentarium interattiv Simone Veil. 

Tista' tara wkoll wirja ta' ritratti biex tfakkar l-20 sena mill-anniversarju tal-kostruzzjoni tal-binja Louise Weiss. Turi ħafna mill-mumenti importanti li seħħew ġewwa l-binja minn mindu nfetħet.

Jekk jogħġbok innota li l-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jimmodifika ċ-ċirkwit tal-viżitaturi jekk meħtieġ.

Iż-żjarat lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu ġew adattati biex jiżguraw is-sikurezza tal-viżitaturi. Jekk jogħġbok ħu nota ta' dan li ġej:

  • Huma disponibbli biss żjarat bi gwidi multimedjali li jinżammu fl-idejn bl-24 lingwa.

Prenotazzjoni mhix obbligatorja

Ma hija meħtieġa l-ebda prenotazzjoni iżda qed tintuża sistema ta' dħul biex tirregola n-numru ta' viżitaturi li jinsabu ġewwa fi kwalunkwe ħin u biex toħloq distanza bejn il-viżitaturi. B'riżultat ta' dan, il-viżitaturi jista' jkollhom jistennew għal ftit ħin qabel ma jidħlu.

Miżuri ta' iġjene waqt iż-żjara

Sabiex tiġi żgurata żjara sikura u pjaċevoli għal kulħadd, il-viżitaturi huma ġentilment mitluba josservaw il-miżuri li ġejjin:

  • Fid-dħul u matul il-wirja, jinsab disponibbli ġell tad-diżinfettar. Il-viżitaturi huma mħeġġa jużawh matul iż-żjara tagħhom.
  • Tul iż-żjara kollha jintużaw il-gwidi multimedjali personali u t-touchscreens. Il-viżitaturi huma mħeġġa jġibu l-apparat għas-smigħ u l-pinen tattili personali u jistgħu jiġu diżinfettati meta jingħataw il-gwidi multimedjali personali. 
  • It-tagħmir u l-materjal kollu (bħall-gwidi multimedjali personali u l-elementi interattivi tal-wirja) kif ukoll il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi u żoni sensittivi oħra (bħall-mankijiet u l-bibien) jitnaddfu fuq bażi regolari.

X'tista' tagħmel aktar biex tipproteġi lilek innifsek u lil viżitaturi oħra?

  • Jekk il-viżitaturi jħossuhom ma jifilħux jew kellhom kuntatt riċenti (matul l-aħħar 14-il jum) ma' persuna marida, iż-żjara għandha tiġi posposta.
  • Il-viżitaturi għandhom jaħslu idejhom sikwit bl-ilma u s-sapun.
  • Kull darba li l-viżitaturi jisogħlu jew jagħtsu, għandhom jagħmlu dan f'maktur tal-karti ġdid, u jarmu l-maktur tal-karti użat f'landa taż-żibel magħluqa. F'każ li ma jkollhomx maktur tal-karti, għandhom jisogħlu jew jagħtsu fin-naħa ta' ġewwa ta' minkbejhom.

 

Il-Parlament Ewropew qed isegwi s-sitwazzjoni kontinwament u jadatta l-miżuri tiegħu skont il-bżonn.