Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online 

Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online  

Postijiet oħra

Kun parti minn grupp multikulturali u dinamiku ta' żgħażagħ Ewropej. Ifhem ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, identifika u ddibatti kwistjonijiet importanti għall-Ewropa tal-lum u oħroġ b'soluzzjonijiet konkreti. 

16
26
-il sena
120'
10-40
EN, FR, DE

Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online

Postijiet oħra
16
26
-il sena
120'
10-40
EN, FR, DE

Is-Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online huma waħda mill-attivitajiet diġitali tal-Parlament Ewropew għall-gruppi. Ingħaqad ma' żgħażagħ minn pajjiżi differenti tal-UE biex tħabbat l-ideat, tiddiskuti u tiddibatti l-isfidi soċjali. Bħala parti minn grupp multikulturali, tkun qed taħdem fuq suġġetti rilevanti għall-Ewropa tal-lum. Il-parteċipanti joħorġu b'soluzzjonijiet innovattivi u jippreżentawhom lil xi Membru tal-Parlament Ewropew (MEP). 

Seminar għaż-Żgħażagħ Ewropej online huwa attività ta' sagħtejn li ġeneralment tkun disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. Jindirizza suġġetti Ewropej rilevanti u tipikament jinkludi:

  • Merħba u introduzzjoni għall-Parlament Ewropew, li matulhom jiġi spjegat kif taħdem id-demokrazija Ewropea u kif din ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini.
  • Laboratorji tal-ideat fejn sottogruppi multinazzjonali jiddiskutu fil-fond aspetti differenti tas-suġġett tas-seminar, jidentifikaw l-isfidi, iressqu soluzzjonijiet u jivvutaw dwar il-proposti.
  • Sessjoni konklużiva li matulha l-gruppi jippreżentaw l-aħjar ideat tagħhom lil xi MEP.

Esperjenza multikulturali għaċ-ċittadini żgħażagħ

Din l-attività tiżviluppa l-ħiliet interpersonali u l-ħsieb kritiku tal-parteċipanti. Matul id-dibattiti u l-votazzjonijiet jiltaqgħu ma' differenzi kulturali, lingwistiċi u soċjali, bħalma jagħmlu l-Membri tal-Parlament Ewropew.

Is-Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online għandhom l-għan li jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva u jsaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċess demokratiku. 
 

Itlob Seminar għaż-Żgħażagħ Ewropej

Mexxejja ta' gruppi – rappreżentanti tal-istudenti, għalliema, professuri universitarji, lekċerers jew assistenti – jistgħu jagħmlu talba għal Seminar għaż-Żgħażagħ Ewropej online billi jimlew l-applikazzjoni. Nitolbuk tindika:

  • l-età tal-parteċipanti: 16-18 jew 18-26; 
  • l-għadd ta' parteċipanti (minimu ta' 10; massimu ta' 40);
  • il-lingwa: Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż (lingwi oħra jkunu possibbli fuq talba u skont id-disponibbiltà);
  • id-dati.

Malli l-prenotazzjoni tiġi kkonfermata, nibagħtulek l-informazzjoni teknika u amministrattiva kollha.
Għal kwalunkwe mistoqsija dwar is-Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online, tista' tikkuntattjana fuq eys@europarl.europa.eu.

Lil hinn mis-Seminars għaż-Żgħażagħ Ewropej online

Aqsam l-ideat, il-ħsibijiet u l-kummenti tiegħek dwar l-esperjenza tas-Seminar għaż-Żgħażagħ Ewropej online fuq www.youthideas.eu.

Informazzjoni prattika

Kompli ż-żjara tiegħek

Taħditiet Online mal-PE

Postijiet oħra
60'
10-300
24

Logħba tar-Rwoli

Brussell
Il-Parlamentarium
14
18
-il sena
150'
16-32
24

Station Europe

Brussell
Station Europe
15'
1
24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu
30-90'
10-100
24