L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew 

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu

Żjara fl-Emiċiklu hija mod tajjeb ħafna biex tgawdi l-atmosfera eċċitanti tal-akbar parlament transnazzjonali fid-dinja u ssir taf dwar is-setgħat u r-rwol tiegħu. 

-il sena
Tul tal-attività Minn sa -
Daqs tal-grupp Minn 20 sa 80
Lingwi disponibbli matul l-attività 24

L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew

Brussell
Emiċiklu
-il sena
60-90'
20-80
24

L-Emiċiklu huwa l-qalba vibranti tad-demokrazija Ewropea, fejn il-Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu waqt is-sessjonijiet plenarji biex jagħmlu l-akbar u l-aktar dibattiti importanti. Huwa wkoll il-post fejn isiru votazzjonijiet storiċi li jbiddlu l-mod kif jgħixu n-nies fl-Unjoni Ewropea kollha.

Iż-żjara tista' ssir bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat huma bla ħlas. Il-prenotazzjoni minn qabel hija obbligatorja għall-gruppi. L-Emiċiklu huwa kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'diżabilità.

Viżitaturi individwali

Il-viżitaturi individwali jistgħu jżuru l-Emiċiklu bi gwida multimedjali, jattendu taħdita personalizzata jew isegwu s-sessjonijiet plenarji. Iż-żjarat huma disponibbli għal individwi, familji u gruppi żgħar ta' mhux aktar minn 9 persuni. Tfal taħt l-età ta' 14-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn persuna adulta. 

Matul iż-żjara tiegħek fl-Emiċiklu jkollok ukoll l-opportunità tiskopri l-wirja tal-arti "Magħquda fid-diversità" li hija parti mill-kollezzjoni tal-arti tal-Parlament Ewropew b'xogħlijiet tal-arti mill-Istati Membri kollha. Agħfas fuq din il-link biex issir taf aktar dwar il-kollezzjoni tal-arti.

 

Gwidi multimedjali

Żur l-Emiċiklu bir-ritmu tiegħek permezz ta' gwida multimedjali u skopri kif jaħdem il-Parlament Ewropew. Iż-żjarat bi gwida multimedjali huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u jdumu madwar siegħa. Kun af li dawn iż-żjarat ma jistgħux isiru waqt is-sessjonijiet plenarji.

Tista' tniżżel il-gwida multimedjali qabel iż-żjara tiegħek. L-app "EP Visit" issibha fl-Apple Store u fuq Google Play.

 

Taħditiet fl-Emiċiklu

Segwi diskors dwar il-ħidma u r-rwol tal-Parlament Ewropew u saqsi l-mistoqsijiet tiegħek lil wieħed mill-kelliema tagħna. It-taħditiet fl-emiċiklu jdumu madwar siegħa u huma disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż (lingwi oħra jiddependu mid-disponibbiltà).

 

Segwi s-sessjoni plenarja

Waqt is-sessjonijiet plenarji, numru limitat ta' postijiet ikunu disponibbli għal viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal massimu ta' 30 minuta. Id-dħul jiddependi mid-disponibbiltà ta' postijiet. Iċċekkja l-ħinijiet taż-żjarat għad-dati tas-sessjonijiet plenarji fi Brussell.

Ħinijiet taż-żjarat

Ma jistgħux isiru żjarat fil-weekends, fil-festi pubbliċi jew meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. FI-2024: 01-05/01, 28-29/03, 01/04, 26/04, 01/05, 9-10/05, 20/05, 15/08, 01/11, 23/12-05/01/2025.

Gwidi multimedjali¹⁺² It-Tnejn − il-Ħamis il-Ġimgħa
9:00 − 16:30 9:00 − 12:30
Gwidi multimedjali¹⁺²
It-Tnejn − il-Ħamis
9:00 − 16:30
il-Ġimgħa
9:00 − 12:30
Taħditiet¹⁺² It-Tnejn
11:00, 15:00
Taħditiet¹⁺²
It-Tnejn
11:00, 15:00
  1. Last entry 30 minutes before closing time.

Gruppi

Jistgħu jiġu organizzati żjarat fl-Emiċiklu għal gruppi ta' bejn 20 u 80 persuna, li jridu jiġu bbukkjati xahrejn xhur qabel. It-talbiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-kmamar u tal-kelliema.

Iż-żjarat fi gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn u jikkonsistu f'taħdita personalizzata mmexxija minn membru tal-persunal dwar ir-rwol u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet, u żjara fil-gallerija tal-Emiċiklu. Iż-żjarat huma disponibbli bl-24 lingwa tal-Unjoni Ewropea, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Skont il-kalendarju tal-Parlament Ewropew, il-gruppi jaf ikunu jistgħu jsegwu wkoll is-sessjoni plenarja mill-gallerija għal siegħa.

Ma jistgħux isiru żjarat fil-weekends, fil-festi pubbliċi jew meta l-uffiċċji jkunu magħluqin. 

Il-mexxejja tal-gruppi jistgħu jibbukkjaw żjara billi jimlew il-formola tat-talba online.  

Għal informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali, jekk jogħġbok aċċessa l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data hawnhekk.

 

Żjarat imħallta

Meta timla t-talba biex tibbukkja, għidilna jekk tkun tixtieq tgħaqqad iż-żjara tiegħek fl-Emiċiklu mal-Parlamentarium u/jew ma' Dar l-Istorja Ewropea. Avviż minn qabel jiżgura żjara bla xkiel.

Faċilitajiet 

Hemm canteen fiż-żona tal-viżitaturi tal-binja Paul-Henri Spaak, iżda huwa disponibbli biss għall-gruppi bi prenotazzjoni | restauration-reservation-compass-bruxelles@ext.europarl.europa.eu.

Aċċessibbiltà

Għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa, il-faċilità għall-viżitaturi tal-Emiċiklu toffri aċċess sħiħ għas-siġġijiet tar-roti, u l-persunal tagħna jkun għad-dispożizzjoni biex jagħti assistenza.

Waqt iż-żjarat, huwa pjaċir tagħna li naħdmu mal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali. Hija responsabbiltà tal-mexxejja tal-gruppi li jaħsbu għas-servizzi ta' tali interpreti.

Jekk ikollok bżonn assistenza speċjali, avżana bil-quddiem.

Sigurtà

Is-sigurtà u s-sikurezza huma prijoritajiet għall-Parlament Ewropew. Għal dik ir-raġuni, hemm fis-seħħ għadd ta’ miżuri ta’ sigurtà fil-binjiet tagħna u madwarhom. Sabiex niżguraw żjara sikura għal kulħadd, nistednuk taqra u tikkonforma ma’ dawn il-miżuri: 

  • Huwa meħtieġ dokument tal-identità validu (karta tal-ID jew passaport) biex tidħol fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Jekk irreġistrajt minn qabel u pprovdejt id-dettalji tad-dokument tal-identità tiegħek, trid iġġib dan l-istess dokument lill-Parlament dakinhar taż-żjara tiegħek. 
  • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jista’ jsirilhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija.
  • L-ebda trolley, bagalja, jew bagalja kbira oħra mhuma permessi fil-binjiet.
  • L-annimali huma permessi fil-bini biss bħala gwidi mħarrġa għall-persuni neqsin mid-dawl jew biex jassistu lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.
  • Jekk ikun inħareġ pass ta’ aċċess, il-viżitaturi jridu jilbsuh b’mod viżibbli waqt li jkunu fil-binjiet tal-Parlament. 
  • Ir-ritratti u l-iffilmjar huma permessi fiż-żona tal-viżitaturi, iżda huma pprojbiti fiż-żona tas-sigurtà u fil-gallerija tal-Emiċiklu waqt is-sessjonijiet plenarji u anki fir-ristoranti u l-barijiet. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regoli li Jirregolaw ir-Reġistrazzjonijiet fil-Binjiet tal-Parlament Ewropew.
  • Jekk jibda jdoqq l-allarm tan-nar, oħroġ mill-bini immedjatament mingħajr ma tiġri u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal tas-sigurtà u l-voluntiera tal-evakwazzjoni.
  • Għal kwalunkwe emerġenza tas-sikurezza, ċempel 85112 minn kwalunkwe telefown intern. 
  • Xi oqsma huma soġġetti għal sorveljanza bil-vidjo skont il-Politika ta’ Protezzjoni bil-Vidjos tal-Parlament Ewropew.
  • Il-maskra tal-wiċċ mhix obbligatorja. Jekk jixtiequ, il-viżitaturi jistgħu jilbsuha.
  • Jekk ma tkunx qed tħossok tajjeb, jekk jogħġbok ibqa’ d-dar u pposponi ż-żjara tiegħek. Nieħdu pjaċir nilqgħuk lura meta tħossok aħjar. 
     

Aġġornata l-aħħar: 11/2023

Map

Emiċiklu

Paul-Henri Spaak Building
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussels
Belgium
+32 (0)2 28 41482

Kuntatt

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Diżabilità motorja

Informazzjoni prattika