Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Matul is-sessjoni plenarja 

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Matul is-sessjoni plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew

Ara d-demokrazija Ewropea fl-azzjoni! Segwi d-dibattitu mill-gallerija tal-viżitaturi matul sessjoni plenarja fl-Emiċiklu, jiġifieri l-kamra parlamentari tal-Parlament Ewropew.

Lingwi disponibbli matul l-attività 24

Il-Parlament Ewropew fi Strażburgu – Matul is-sessjoni plenarja

Strasburgu
Parlament Ewropew
24

Żjara tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu matul is-sessjonijiet plenarji hija mod eċċezzjonali ta' kif tara d-demokrazija fl-azzjoni. Tnax-il darba fis-sena, il-Membri tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu fl-Emiċiklu biex jiddibattu u jadottaw liġijiet tal-UE li jaffettwaw il-ħajja ta' miljuni ta' ċittadini. Is-sessjonijiet plenarji huma opportunità unika biex tisma' lir-rappreżentanti tiegħek u lill-mexxejja Ewropej jitkellmu dwar dak li l-UE qiegħda tagħmel biex tindirizza l-aktar kwistjonijiet importanti ta' żminijietna. 

Is-sessjonijiet plenarji fi Strażburgu jseħħu mit-Tnejn waranofsinhar sal-Ħamis filgħaxija. Agħti ħarsa lejn il-kalendarju tas-sessjonijiet plenarji.

Iż-żjarat huma dejjem bla ħlas u huma disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-viżitaturi individwali m'għandhomx għalfejn jibbukkjaw iżda mhux l-istess jgħodd għall-gruppi. Hemm bżonn li l-gruppi jibbukkjaw minn qabel u ż-żjara tkun possibbli biss jekk ikun hemm disponibilità.

Iż-żjarat individwali

Matul is-sessjonijiet plenarji huwa possibbli li tpoġġi fil-gallerija tal-viżitaturi, issegwi d-dibattitu, u żżur il-Parlamentarium Simone Veil u l-wirjiet.

Il-viżitaturi individwali u l-gruppi żgħar ta' inqas minn 20 persuna ma għandhomx għalfejn jibbukkjaw iż-żjara tagħhom. Għadd limitat ta' postijiet ikun disponibbli għal viżitaturi individwali li jkunu jixtiequ jsegwu s-sessjoni għal massimu ta' 30 minuta. Id-dħul huwa abbażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Il-ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn It-Tlieta u l-Erbgħa
09:30 − 12:00*; 17:00 − 18:00 09:00 − 12:00; 15:00 − 18:00
It-Tnejn
09:30 − 12:00*; 17:00 − 18:00
It-Tlieta u l-Erbgħa
09:00 − 12:00; 15:00 − 18:00
Il-Ħamis Il-Ġimgħa*
09:00 − 12:00 09:00 − 18:00
Il-Ħamis
09:00 − 12:00
Il-Ġimgħa*
09:00 − 18:00

*Nhar ta' Tnejn filgħodu (09:30 − 12:00) u nhar ta' Ġimgħa (09:00 − 18:00), matul il-ġimgħat tal-plenarja, iż-żjarat individwali huma possibbli bi gwida multimedjali mingħajr ma tibbukkja minn qabel. Madankollu, waqt dawn il-ħinijiet ma jseħħux dibattiti fl-Emiċiklu.

Iż-żjarat fi grupp

Il-gruppi (20 sa 100 persuna) jistgħu jorganizzaw żjara fil-Parlament Ewropew matul is-sessjoni plenarja bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat fi grupp għandhom jiġu bbukkjati 2-3 xhur minn qabel u l-possibbiltà li dawn iseħħu tkun tiddependi mid-disponibilità.

Il-gruppi jistgħu jattendu għal preżentazzjoni minn membru tal-persunal, imbagħad sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet, u jaraw id-dibattitu fil-plenarja mill-gallerija tal-viżitaturi tal-Emiċiklu għal 30 minuta. Huwa wkoll possibbli li tiġi organizzata laqgħa ma' Membru tal-Parlament Ewropew, iżda trid issir talba għal dan u l-laqgħa tkun possibbli jekk ikun hemm id-disponibilità.

Il-gruppi jistgħu jżuru l-Parlamentarium Simone Veil u l-wirjiet qabel jew wara ż-żjara tal-Emiċiklu.

Il-ħinijiet tal-ftuħ

It-Tnejn It-Tlieta u l-Erbgħa Il-Ħamis
14:30 − 18:00 08:30 − 18:00 08:30 – 12:30
It-Tnejn
14:30 − 18:00
It-Tlieta u l-Erbgħa
08:30 − 18:00
Il-Ħamis
08:30 – 12:30

Il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck

Il-gruppi li jżuru l-Parlament Ewropew fi Strażburgu jistgħu jżuru wkoll il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck bla ħlas matul l-istess ġimgħa taż-żjara tagħhom. Biex jibbenefikaw minn dħul bla ħlas, il-gruppi jridu jippreżentaw il-konferma tal-booking. 

Aqra aktar dwar il-Mafkar Alsace-Moselle f'Schirmeck

L-aċċessibbiltà

Il-Parlament Ewropew huwa impenjat li jtejjeb kostantement l-aċċess għall-persuni b'diżabilità. Jekk inti jew xi ħadd mill-grupp tiegħek għandkom bżonn assistenza speċjali, jekk jogħġbok avża lis-servizz tal-viżitaturi minn qabel:

Il-faċilitajiet

Il-vestjarju, li jinsab fl-entratura tal-viżitaturi eżatt wara l-kontroll tas-sigurtà, ikun disponibbli biss matul is-sessjonijiet fil-plenarja.
Hemm kafetterija miftuħa fiż-żona tal-viżitaturi. Il-gruppi jistgħu jibbukkjaw billi jikkuntattjaw lil restauration-reservation-strasbourg@ext.europarl.europa.eu minn qabel.

Żurna b'mod sigur

Il-viżitaturi kollha jridu jgħaddu minn kontroll tas-sigurtà u jridu juru l-karta tal-identità tagħhom.

Map
 

Parlament Ewropew

Bangunan Louise Weiss
1 Allée du Printemps
F-67070 Strasbourg cedex

Kuntatt

Kif tasal hemm

Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website tal-SNCF (ferrovija Franċiża).

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mid-dawl
Kafetterija
Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Ristorant
Diżabilità motorja
Wifi

Informazzjoni prattika