Jum il-Multilingwiżmu 2024 

Spotlight
27-09-2024 sa 28-09-2024

Jum il-Multilingwiżmu 2024

Brussell
Emiċiklu

Ingħaqad magħna f’Jum il-Multilingwiżmu tal-Parlament Ewropew fis-27 u t-28 ta’ Settembru 2024 biex niċċelebraw id-diversità lingwistika fl-UE!

Jum il-Multilingwiżmu 2024

Brussell
Emiċiklu

Ingħaqad magħna f’Jum il-Multilingwiżmu tal-Parlament Ewropew fis-27 u t-28 ta’ Settembru 2024 biex niċċelebraw id-diversità lingwistika fl-UE!

Jum il-Multilingwiżmu huwa l-opportunità tiegħek biex tittawwal minn wara l-kwinti tal-aktar parlament multilingwi fid-dinja u tesperjenza kif il-Parlament Ewropew jaħdem b’24 lingwa. Iltaqa’ mal-interpreti, it-tradutturi, l-esperti tal-komunikazzjoni u persunal multilingwi ieħor, tgħallem dwar xogħolhom u żur l-Emiċiklu.

Il-multilingwiżmu jiżgura li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jsegwu l-ħidma tar-rappreżentanti eletti direttament fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Id-diversità lingwistika u kulturali hija saħħa tal-UE, minsuġa fit-trattati tal-UE bħala valur ewlieni. Jum il-Multilingwiżmu huwa ċ-ċans tiegħek biex tara din id-diversità fl-azzjoni.

L-avveniment joffri programm varjat ta’ attivitajiet mifrux fuq jumejn. Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, tista’ ssegwi l-workshops online u nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru, nilqgħuk fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

 

Workshops online (il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru)

Kun af aktar dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni f’dawn il-workshops interattivi. Is-sessjonijiet online jkopru diversi aspetti tal-ħidma bħala professjonist/a tal-lingwa fil-Parlament Ewropew u huma opportunità tajba biex jitwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.

Il-workshops huma limitati għal gruppi żgħar, għalhekk ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja u fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Ladarba tirreġistra, tirċievi email ta’ konferma bid-dettalji dwar kif tieħu sehem. Is-sessjonijiet idumu bejn 30 u 90 minuta u se jsiru f’varjetà ta’ lingwi.

Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fis-6 ta’ Settembru 2024 – ibbukkja postok permezz tal-pjattaforma ta’ reġistrazzjoni.

 

Avveniment fil-Parlament Ewropew fi Brussell (is-Sibt 28 ta’ Settembru)

Esplora l-multilingwiżmu permezz ta’ attivitajiet divertenti fiċ-ċentru tal-viżitaturi SPAAK (10.00 – 18.00).

IS-SULAR T’ISFEL

  • Taħditiet mal-interpreti u t-tradutturi

Ikseb aktar għarfien dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni b’taħditiet dwar lati differenti taż-żewġ professjonijiet u l-multilingwiżmu b’mod ġenerali.

Sala tal-laqgħat 0C.11
Taħditiet b’interpretazzjoni bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bit-Taljan.

10.30 – 11.00: Jum fil-ħajja ta’ interpretu
11.10 – 11.40: Jum fil-ħajja ta’ traduttur
11.50 – 12.20: Li tkun traduttur jew interpretu fl-era tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA)
12.30 – 13.15: Il-multilingwiżmu fid-demokrazija – triq lejn trasparenza u kultura Ewropea kondiviża?
Panel ta’ diskussjoni ma’ Agnieszka Walter-Drop, Valter Mavrič u Jesús Carmona Núñez, Kapijiet tas-servizzi tal-interpretazzjoni, it-traduzzjoni u Direttur tas-servizzi tal-komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew

14.45 – 15.15: Kif issir interpretu jew traduttur?
15.25 – 15.55: Jum fil-ħajja ta’ interpretu
16.05 – 16.35: Jum fil-ħajja ta’ traduttur
16.45 – 17.15: Li tkun traduttur jew interpretu fl-era tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA)

 

Sala tal-laqgħat 0C.41
Taħditiet mingħajr interpretazzjoni

11.00 – 11.45: Traineeships fit-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fil-Parlament Ewropew

13.30 – 14.15: Orizzonti lingwistiċi tat-tkabbir tal-UE

15.30 – 16.15: Traineeships fit-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fil-Parlament Ewropew

  • Kabina fotografika: oħloq is-souvenir tiegħek ta’ Jum il-Multilingwiżmu!
  • Kabina tal-awdjo: irrekordja l-aħbarijiet fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u sir preżentatur tal-aħbarijiet għal ġurnata! Il-fajl awdjo jiġi mbagħad editjat, immiksjat, u mibgħut lilek bħala awdjogramma li tista’ taqsam mal-ħbieb u l-familja jew fuq in-networks soċjali tiegħek.
  • Workshop dwar kitba u traduzzjoni b’mod ċar għall-kontenut multimedjali: skopri kif tadatta l-kontenut bil-miktub għal diversi formati tal-media b’mod ċar u faċli għaċ-ċittadin, imbagħad irrekordjah fil-kabina tal-awdjo professjonali tagħna!

Reġistrazzjoni meħtieġa fil-Welcome Desk fis-sular t’isfel.

  • Ir-rokna tar-rikordings tal-My House of European History: ħu postok u żid l-istorja Ewropea tiegħek ma’ dan il-proġett kollaborattiv ta’ storja.
  • Tatwaġġi temporanji: uri l-imħabba tiegħek għal-lingwi b’tatwaġġ.
  • Europarl Radio: il-Europarl Radio tagħna se jkun qed ixandar dirett minn Jum il-Multilingwiżmu. Ingħaqad magħna biex issegwi intervisti multilingwi ma’ tradutturi, interpreti u parteċipanti, mużika Ewropea u għarfien esklussiv mill-avveniment... tkun fejn tkun!
  • Traduzzjoni fl-azzjoni: ipprova ttraduċi test għal-lingwa materna tiegħek billi tuża l-għodod li jużaw it-tradutturi tagħna u ikseb xi pariri u suġġerimenti mingħand il-professjonisti!

 

IR-RABA’ SULAR

  • Esperjenza l-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew (10.30 – 17.00, kull 30 minuta). Skopri fejn isiru d-dibattiti u l-votazzjonijiet. Preżentazzjonijiet multilingwi b’mistoqsijiet u tweġibiet.

Reġistrazzjoni quddiem l-Emiċiklu fir-raba’ sular.

  • Kabini tal-interpretazzjoni: ipprova interpreta fil-kabini tal-prattika tagħna u rċievi feedback minn interpretu!
  • Żur kabina: żjara gwidata f’waħda mill-kabini tal-interpretazzjoni fl-Emiċiklu.

Reġistrazzjoni fir-raba’ sular.

  • Ħajt tar-ritratti: ħu ritratt għal ċans biex tirbaħ premju!
  • Logħob lingwistiku: logħob għat-tfal u l-adulti. Ejja u ttestja l-ħiliet lingwistiċi tiegħek b’mod divertenti!
  • Workshops dwar it-traduzzjoni u l-lingwaġġ ċar bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Olandiż u bil-Ġermaniż: ipprova ttraduċi mal-esperti tagħna fit-traduzzjoni, u/jew tgħallem il-punti bażiċi tal-lingwaġġ ċar b’mod interattiv.

Reġistrazzjoni meħtieġa fil-Welcome Desk fis-sular t’isfel.

 

Map

Emiċiklu

Paul-Henri Spaak Building
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussels
Belgium
+32 (0)2 28 41482

Kuntatt

Kif tasal hemm

Għall-Parlament Ewropew, ieqaf fl-istazzjon Bruxelles-Luxembourg.

Soluzzjonijiet għal persuni neqsin mis-smigħ
Diżabilità motorja

Informazzjoni prattika