Jum il-Multilingwiżmu 2025
Jum il-Multilingwiżmu 2025
Ingħaqad magħna għal Jum il-Multilingwiżmu tal-Parlament Ewropew fis-26 u s-27 ta’ Settembru 2025 biex niċċelebraw id-diversità lingwistika fl-UE! Din is-sena, nistednuk tingħaqad magħna biex nesploraw “Il-Multilingwiżmu: il-Passat, il-Preżent, il-Futur”.
Jum il-Multilingwiżmu 2025
Jum il-Multilingwiżmu huwa l-opportunità tiegħek biex tittawwal wara l-kwinti tal-aktar parlament multilingwi fid-dinja u tiskopri kif il-Parlament Ewropew jaħdem b’24 lingwa. Iltaqa’ mal-interpreti, it-tradutturi, il-ġuristi lingwisti, l-esperti tal-komunikazzjoni u persunal multilingwi ieħor, tgħallem dwar xogħolhom u skopri l-Emiċiklu.
Aħna u nirriflettu fuq il-passat, kif ukoll niċċelebraw il-preżent u nimmaġinaw il-futur, il-multilingwiżmu jibqa’ jservi ta’ rabta b’saħħitha li tgħaqqad lil ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ Ewropej. Minbarra dan, jgħinna nippreservaw il-wirt tagħna, jgħinna nippermettu d-demokrazija inklużiva llum u nwittu t-triq għal ġejjieni magħqud fid-diversità.
Il-multilingwiżmu jiżgura li fl-UE kulħadd ikunu jista’ jsegwi l-ħidma tar-rappreżentanti tagħna eletti direttament bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Id-diversità lingwistika u kulturali hija waħda mill-punti ta’ forza tal-UE u hija minsuġa fit-trattati tal-UE. Jum il-Multilingwiżmu huwa ċ-ċans tiegħek biex tara din id-diversità fl-azzjoni.
L-avveniment joffri programm varjat ta’ attivitajiet mifrux fuq jumejn. Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru, tista’ ssegwi l-workshops online u nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru, nilqgħuk fil-Parlament Ewropew fi Brussell.
Workshops online (il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru)
Skopri aktar dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni waqt dawn il-workshops interattivi. Is-sessjonijiet online jkopru diversi aspetti tal-ħidma tal-professjonisti tal-lingwa fil-Parlament Ewropew u huma opportunità tajba biex tikseb risposti għall-mistoqsijiet tiegħek.
Il-workshops huma ddisinjati biex jilqgħu gruppi żgħar, għalhekk ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja. Aktar ma tinkiteb malajr, aktar ikollok ċans li tilħaq post. Ladarba tirreġistra, tirċievi email ta’ konferma bid-dettalji dwar kif tieħu sehem. Is-sessjonijiet idumu bejn 30 u 90 minuta u se jsiru b’diversi lingwi.
Avveniment fil-Parlament Ewropew fi Brussell (is-Sibt 27 ta’ Settembru)
Esplora l-multilingwiżmu permezz ta’ attivitajiet divertenti fiż-żona tal-viżitaturi tal-bini tal-Parlament Ewropew PAUL-HENRI SPAAK (segwi s-sinjali “GROUP & HEMICYCLE VISITS”) bejn l-10:00 u s-18:00.
Ikollok bżonn tirreġistra mal-bieb. Ġib miegħek karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu (il-liċenzja tas-sewqan mhijiex aċċettata).
IT-TAĦDITIET
Skopri aktar dwar l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni permezz ta’ taħditiet dwar l-aspetti differenti taż-żewġ professjonijiet u l-multilingwiżmu b’mod ġenerali.
Il-kamra tal-laqgħat 0C.11
Taħditiet b’interpretazzjoni bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ispanjol.
10:30 – 11:00 | Professjoni waħda, żewġ ġenerazzjonijiet: konverżazzjoni dwar it-traduzzjoni |
---|---|
11:10 – 11:40 | Professjoni waħda, żewġ ġenerazzjonijiet: konverżazzjoni dwar l-interpretazzjoni |
11:50 – 12:20 | Lil hinn mill-magna: ir-rwol tat-tradutturi u l-interpreti f’evoluzzjoni |
12:30 – 13:15 | Il-multilingwiżmu fil-qalba tad-demokrazija Ewropea: il-Passat, il-Preżent, il-Futur – Panel ta’ diskussjoni ma’ Christian Mangold, Valter Mavrič u Juan Carlos Jiménez Marín, il-Kapijiet tas-servizzi tal-komunikazzjoni, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew |
14:45 – 15:15 | Nespandu l-orizzonti: it-triq lingwistika tal-UE lejn it-tkabbir |
15:25 – 15:55 | Professjoni waħda, żewġ ġenerazzjonijiet: konverżazzjoni dwar it-traduzzjoni |
16:05 – 16:35 | Professjoni waħda, żewġ ġenerazzjonijiet: konverżazzjoni dwar l-interpretazzjoni |
16:45 – 17:15 | Lil hinn mill-magna: ir-rwol tat-tradutturi u l-interpreti f’evoluzzjoni |
Il-kamra tal-laqgħat 0C.41
Taħditiet mingħajr interpretazzjoni
10:30 – 11:15 | L-interpretazzjoni tul iż-żmien |
---|---|
11:30 – 12:15 | Insejħu lill-professjonisti tal-lingwa tal-futur: traineeships fil-Parlament Ewropew |
13:30 – 14:15 | Il-multilingwiżmu llum: il-professjonisti tal-lingwa fiċ-ċentru tal-attenzjoni |
14:30 – 15:00 | Kif issir interpretu jew traduttur? |
15:30 – 16:15 | Insejħu lill-professjonisti tal-lingwa tal-futur: traineeships fil-Parlament Ewropew |
IL-WORKSHOPS
- Il-workshop “Ikteb u ttraduċi kontenut multimedjali b’mod ċar” – Skopri kif tadatta l-kontenut miktub għal diversi formati tal-media b’mod ċar u faċli għaċ-ċittadin, imbagħad irrekordjah fil-kabina tal-awdjo professjonali tagħna!
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Workshops dwar it-traduzzjoni u l-lingwaġġ ċar bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż – Ipprova ttraduċi mal-esperti tagħna fit-traduzzjoni, u/jew tgħallem il-punti bażiċi tal-lingwaġġ ċar b’mod interattiv.
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Geautomatiseerde vertaling in het Europees Parlement: ontdek hoe de vertalers van het Parlement hun werk doen in deze tijd van automatisering en AI. (Dan il-workshop se jsir bl-Olandiż. It-traduzzjoni awtomatizzata fil-Parlament Ewropew)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Translation slam with the English Translation Unit – Come and put your translation skills to the test in this battle of wit and words! Language requirements: ability to work from either French, German or Spanish into C1 English. (Dan il-workshop se jsir bl-Ingliż. Kompetizzjoni tat-traduzzjoni mal-Unità tat-Traduzzjoni Ingliża)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Level up your English with Parliament’s translators – Analyse an English source text with two of Parliament’s translators, discuss potential translation challenges and explore possible solutions and strategies. Language requirements: minimum C1 level of English. (Dan il-workshop se jsir bl-Ingliż. Tejjeb l-Ingliż tiegħek mat-tradutturi tal-Parlament)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Using clear language to write effective emails – We use email a lot, but are we communicating effectively? This workshop shows you how clear language can improve your email communication, and gives you the chance to apply some tips and tricks to practical examples. (Dan il-workshop se jsir bl-Ingliż. Nużaw il-lingwaġġ ċar biex inkunu effettivi fl-emails li niktbu)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Joute de traduction française : Duel sur des titres de presse anglophone. Chaque traducteur défendra sa version française pour remporter le vote du public. (Dan il-workshop se jsir bil-Franċiż. Battalja tat-traduzzjonijiet, mill-Ingliż għall-Franċiż)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
- Le langage clair dans la traduction vers le français : Présentation théorique sur le langage clair et application à la traduction en français clair d’un texte (mal) rédigé en anglais. (Dan il-workshop se jsir bil-Franċiż. Il-lingwaġġ ċar applikat għat-traduzzjoni għall-Franċiż)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
-
Vom Diktiergerät zur KI: Die Evolution der Mehrsprachigkeit im Europäischen Parlament
Ein Überblick über den Wandel institutioneller Übersetzung – von traditioneller Sprachmittlung bis zur KI-gestützten maschinellen Übersetzung (z. B. ChatGPT, DeepL). Was bleibt, was verändert sich, was kommt? (Dan il-workshop se jsir bil-Ġermaniż. Minn magni tradizzjonali tat-traduzzjoni għall-AI: l-evoluzzjoni tal-multilingwiżmu fil-Parlament Ewropew)
Hemm bżonn tirreġistra online (ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fit-22 ta’ Settembru)
-
Il-multilingwiżmu fl-azzjoni: Nibnu timijiet ta’ interpreti effettivi –
Ħu sehem f’workshop prattiku biex tgħaqqad timijiet ta’ interpreti għal-laqgħat tal-Parlament. Skopri kif jiġu bbilanċjati t-timijiet, filwaqt li tqis ir-regoli ewlenin u l-kombinazzjonijiet lingwistiċi.
M’hemmx bżonn tirreġistra (min jasal l-ewwel jidħol l-ewwel)
- Taħriġ fil-memorja u tekniki tat-teħid tan-noti – Skopri kif l-interpreti tal-konferenzi tal-Parlament Ewropew jirnexxilhom ikollhom memorja straordinarja u jieħdu n-noti bl-għaġla. Ipprattika tekniki sempliċi biex tifhem u tiftakar l-informazzjoni ewlenija f’sitwazzjonijiet stressanti, meta kull dettall ikun importanti.
M’hemmx bżonn tirreġistra (min jasal l-ewwel jidħol l-ewwel)
- Ngħaqqdu l-kulturi: il-kompetenza kulturali fl-interpretazzjoni – Tgħallem kif tinnaviga sfumaturi kulturali biex tiggarantixxi komunikazzjoni ċara u rispettuża, billi tqis aspetti bħall-komunikazzjoni mhux verbali, l-idjomi u l-espressjonijiet, u l-istili ta’ komunikazzjoni.
M’hemmx bżonn tirreġistra (min jasal l-ewwel jidħol l-ewwel)
-
L-Arti u l-Lingwa: workshop interġenerazzjonali – Ipprattika l-ħila li tiddeskrivi l-arti f’kuntest politiku. Żgur li se tieħu pjaċir. Adattat għall-etajiet kollha.
Irreġistra fir-raba’ sular.
SKOPRI
- Esperjenza l-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew (10:30-17:00, kull nofs siegħa) – Esplora l-kamra fejn iseħħu d-dibattiti u l-votazzjonijiet tal-Parlament. Preżentazzjonijiet multilingwi b’sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet.
Irreġistra quddiem l-Emiċiklu fil-pjan terran.
- Żur kabina – Żjara ggwidata f’waħda mill-kabini tal-interpretazzjoni fl-Emiċiklu.
Irreġistra fir-raba’ sular.
- Ir-rokna tar-reġistrazzjoni ta’ My House of European History – Poġġi u żid l-istorja Ewropea tiegħek f’dan il-proġett ta’ storja kollaborattiv.
- Europarl Radio – Il-Europarl Radio tagħna se jkun qed ixandar dirett minn Jum il-Multilingwiżmu. Ingħaqad magħna u segwi intervisti multilingwi ma’ tradutturi, interpreti u parteċipanti, kif ukoll mużika Ewropea u informazzjoni esklużiva minn ġewwa l-bini stess tal-avveniment ... tkun fejn tkun!
- Il-multilingwiżmu fiċ-ċentri tal-Europa Experience – Ħu sehem fil-kwiżż tagħna u sir af aktar dwar iċ-ċentri Ewropej tagħna fil-pajjiżi tal-UE.
ESPERJENZA
- Il-kabini tal-interpretazzjoni – Ipprova interpreta fil-kabini ta’ prattika tagħna u rċievi feedback mingħand interpretu!
- It-traduzzjoni fl-azzjoni – Qatt ġietek kurżità kif taħdem it-traduzzjoni fl-UE? Ipprova ttraduċi inti stess! Ipprova l-għodod użati fil-Parlament biex tittraduċi testi, filmati u emendi u ara kif it-teknoloġija tappoġġja d-demokrazija multilingwi.
- Il-kabina tal-awdjo tal-Aħbarijiet fil-Qosor – Irrekordja l-aħbarijiet fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE u sir preżentatur tal-aħbarijiet għal ġurnata! Il-fajl tal-awdjo mbagħad jiġi editjat, immiksjat, u jintbagħatlek bħala awdjogramma li tista’ taqsam mal-ħbieb u l-familja tiegħek jew fuq in-networks soċjali tiegħek.
- Speed networking mal-professjonisti tal-lingwa – Ejja skopri l-varjetà ta’ professjonijiet tal-lingwa fil-Parlament Ewropew u saqsi dak kollu li tixtieq tkun taf lill-professjonisti tagħna dwar xogħolhom (mill-11:20 sal-12:20, u mill-16:00 sal-17:00).
- Iltaqa’ mal-professjonisti tal-lingwa – Għandek kurżità dwar is-servizzi tal-lingwa tal-Parlament? Ejja ltaqa’ mal-esperti!
IDDEVERTI
- Logħob lingwistiku – Logħob għat-tfal u l-adulti. Ejja ttestja l-ħiliet lingwistiċi tiegħek f’atmosfera divertenti!
- Tatwaġġi temporanji – Uri l-imħabba tiegħek għal-lingwi b’tatwaġġ.
- Skopri l-lingwi tal-Presidenza tal-UE tal-2025 – Ejja tgħallem xi affarijiet bażiċi bil-Pollakk u bid-Daniż bis-saħħa ta’ lezzjonijiet qosra divertenti u prattiċi. M’hemmx bżonn ikollok esperjenza, iżda jrid ikollok il-kurżità!
- Ħajt tar-ritratti – Ħu ritratt u idħol biċ-ċans li tirbaħ premju!